Talanqas 15 mietu, b’numru ta’ nies jispiċċaw irrappurtati nieqsa f’għargħar li kaxkar kollox fit-toroq ta’ żewġt ibliet lejn ix-xlokk tat-Turkija li kienu ġarrbu l-agħar tat-terremoti storiċi tax-xahar li għadda.
Fost il-vittmi hemm numru ta’ nies li kienu salvaw mit-terremoti u li fl-aħħar ġimgħat kienu kostretti li jgħixu f’kontejners li servewhom bħala residenza wara li huma kienu tilfu djarhom fit-theżżiż tal-art.
L-għargħar anki kaxkar miegħu il-karozzi, bl-impatt tiegħu jinħass l-aktar fit-toroq ta’ Sanliurfa, fejn mifhum li mietu tnax-il persuna.
Il-mewġ tal-ilma ġarrew ukoll kontejner kbir li kien qed jipprovdi kenn għal żewġ familji fl-inħawi ta’ Adiyaman u anki hawnhekk irriżultaw il-vittmi. Dan waqt li l-ibliet tat-tined fl-inħawi kellhom jispiċċaw evakwati mir-residenti fl-aħħar sigħat.
Id-diżastru kellu jseħħ ħames ġimgat biss wara ż-żewġ terremoti kbar tas-6 ta’ Frar li fihom tilfu ħajjithom 48,000 persuna.
//= $special ?>