Lokali

Attakkat b’ħadida u b’pala waqt li kien qed jipprova jbiegħ vann

Raġel spiċċa rikoverat l-isptar b’diversi daqqiet u feriti f’rasu wara li kien attakkat b’ħadida u b’pala fiż-żona industrija ta’ Bulebel.

Frank Apap qal li kien qed jipprova jbiegħ il-vann tiegħu lil raġel ieħor wara li rreklamah fuq facebook marketplace meta l-klijent dar għalih u attakah.

Fuq Facebook Apap qal li dan ir-raġel allega li hu kien seraqlu l-flus li kien se jħallas bihom, b’Apap jgħidlu biex jiċċekja l-filmati tas-CCTV.

https://www.facebook.com/fapap/posts/6360812410596424

Fid-daqqa u l-ħin meta kienu sejrin jaraw il-filmat Apap safa attakkat, fejn apparti daqqa ta’ ħadida, sa naki ntefgħu fuqu żewġ mugs fuq rasu.

Fil-post Fuq Facebook Apap irringrazzja lil kull min tah l-appoġġ kif ukoll lit-tim mediku li ħa ħsiebu filwaqt li qal li l-avukat tiegħu qed jaħdem biex issir ġustizzja.

F’kummenti lit-Times of Malta qed jingħad li l-avukat ta’ Apap, Herman Mula, qal li l-akkużat wara li attakka lil Apap ħareġ jgħajjat fit-triq li Apap seraqlu l-flus.

Meta waslu l-pulizija ftit mumenti wara, kemm Apap, kif ukoll l-allegat aggressur kienu hemm.

Waqt li Franco Apap kien qed jirċievi l-kura fl-isptar Mater Dei, l-allegat aggressur kien qed ikun mistoqsi mill-Pulizija.