Lokali

Deċiżjoni storika mill-Qorti wara kawża miftuħa minn Kunsillier tal-PN

Sentenza tal-Qorti rrevokat permess għal blokk ta’ ħames sulari f’Santa Luċija mistennija tħalli impatt fuq id-deċizjonijiet futuri u anki dawk li nagħtaw dan għaliex permessi simili maħruġa sempliċement fuq il-bażi tal-limitazzjoni tal-għoli stabbilita għaż-żona fil-pjanti lokali issa jistgħu jiġu kontestati legalment jekk dawn jisfidaw il-karattru taż-żona tal-madwar.

Liam Sciberras, Minority Leader f’isem il-PN f’Santa Luċija, flimkien ma’ Micheal Pule fetħu din il-kawża wara li kien propost biex dar ta’ 2 sulari gewwa Triq il-Gibjun titwaqqa’ u flokha titla’ binja monstruza ta’ 5 sulari, il-Qorti, f’deċizjoni li nagħtat qalet biex żvilupp bħal dan it-tip ma jsirx.

Il-Kunsillier tal-PN Liam Sciberras ħadem mar-residenti kollha għal ġid aħħari tar-raħal, ħidma li kienet ilha għaddejja 3 snin fejn anki ġabar il-firem, rebaħ l-ewwel każ quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, liema każ ġie appellat quddiem l-EPRT u hemm ntilef u issa ntrebaħ quddiem il-Prim Imħallef.

https://www.facebook.com/liam.sciberras/posts/9323017514376708

Din is-sentenza tal-Qorti mistennija issa tagħti ċertezza legali lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tagħti prijorità lill-policies li jipproteġu l-pajsaġġ tat-triq fuq il-limitazzjoni tal-għoli stabbilita fil-pjanti lokali.

Jassistu din il-kawża flimkien ma’ Liam Sciberras kien hemm ukoll l-avukat Clara Bonello u aktar kmieni wkoll fl-istadju tal-PA u l-EPRT, ħadem flimkien mal-avukat Carlos Bugeja.