Fir-Rwanda sar it-73 Kungress tal-FIFA fejn Gianni Infantino reġa kien elett bħala President sal-2027 wara li ma kienx ikkontestat. Dan hu t-tieni mandat ta’ Infantino mogħti minn 211 assoċjazzjoni affiljati mal-FIFA.
Huwa kien laħaq President fl-2016 wara terremot intern li kien ħakem lil FIFA bit-tmexxija ta’ Sepp Blatter.
Minkejja l-kritika minn bosta assoċjazzjonijiet għal mod kif il-Qatar kien ingħata t-Tazza tad-Dinja, ħadd ma kkontesta lil Infantino, li jqis li bl-appoġġ mill-Amerika t’Isfel u mill-Afrika jibqa’ b’saħħtu. Infatti huwa beda jwitti t-triq saħansitra għar-raba’ mandat minkejja li fl-Istatut tal-FIFA hemm li President jibqa’ sa tliet mandati. Huwa sostna li meta laqħaq flok Blatter dak ma kienx mandat sħiħ iżda tliet snin flok erba’.
Infantino ħabbar li t-Tazza tad-Dinja li jmiss fl-2026 se tkun bi 48 tim fi tnax- il grupp ta’ erba’ timijiet kull wieħed għal total ta’ 104 partita flok l-64 partita li kien hemm fl-edizzjoni tal-Qatar.
Żieda wkoll għat Tazza tad-Dinja tan-nisa li se ssir fl-Awstralja u New Zealand b’żieda minn 24 tim għal 32 tim.
