Lokali Mużika

Il-Fakultà tal-Benesseri Soċjali tniedi verżjoni ġdida ta’ kanzunetta popolari għar-reklutaġġ tal-istudenti

Il-Fakultá tal-Benessri Soċjali nediet verżjoni differenti ta’ kanzunetta ferm popolari mal-Maltin; ‘Days of my life’ tal-Winter Moods.

Din il-kanzunetta saret possibli bl-għajnuna ta’ Ivan Grech u Peter Borg li huwa kitarrist mal-grupp Red Electric b’filmati ta’ Sarah Zammit.

L-għan ta’ din il-kanzunetta huwa sabiex titnieda l-kampanja ta’ reklutaġġ għall-istudenti hekk kif din is-sena din il-fakultà fejn wieħed jista’ jara l-korsijiet kollha offruta fuq is-sit uffiċjali tal-Università ta’ Malta.

Il-Fakultà qalet li f’pajjiżna hawn bżonn ħafna operaturi soċjali sabiex ikunu ndirizzati d-diversi problemi li qed taffaċċja l-komunità. Li tistudja ma’ din il-fakulta wieħed jakkwista esperjenza ħolistika u mhux biss informazzjoni minn lezzjoni.

Wieħed jista’ jsegwi l-filmat ta’ din il-kanzunetta minn fuq din il-link: https://fb.watch/jiAhYJSegP/