Lokali Parlament

Il-gvern għandu jivvota favur il-poplu u mhux favur il-barranin li ffrodaw lil Malta

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia sostna fil-parlament li l-gvern għandu jivvota favur il-poplu u mhux favur il-barranin li ffrodaw lil Malta.

Meta fetaħ id-dibattitu parlamentari fil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni biex il-gvern jieħu passi biex il-poplu jieħu flusu lura fl-iskandlu tal-isptarijiet id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia indirizza lill-barranin tal-kumpanija Steward.

B’referenza għall-kumpanija Steward, id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li kien qed jindirizza wkoll lil dawk il-barranin li qed isegwu wara li ħadu dak kollu li setgħu u ma ħallew xejn warajhom wara li ffrodaw lill-poplu. Il-poplu Malti mhux għall-bejgħ u mhux se jkun intimidat, sostna Adrian Delia.

Hu qal li minkejja t-tfixkil tal-gvern fejn il-gvern ddefenda lill-barrani frawdalenti flok jiddefendi lill-Maltin, lill-pazjenti u lill-vulenrabbli, l-Oppożizzjoni hi determinata li l-poplu jirkupra l-flejjes li nsterqu.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ewwel pass irid ikun li jkun stabblit kemm insteraq il-poplu Malti għaliex il-gvern għadu ma qalx kemm insterqu miljuni. Minn dak li jirriżulta fl-estimi u fid-dokumenti tal-qorti, mill-inqas tħallsu €400 miljun mit-taxxi u li tagħhom il-poplu Malti ma ħa xejn.

Hu qal li kien hemm €36 miljun oħra li l-Bank of Valletta silef lill-kumpanija Steward meta ma sarx id-due diligence fl-ebda stadju tal-proċess. Il-garanzija bankarji internazzjonali ma nġibux u l-gvern aċċetta li s-self joħroġ mill-VAT. Hemm ukoll €42 miljun f’taxxi li tellgħet il-kumpanija Steward, sostna Adrian Delia, li sostna li dan huma taxxi tal-poplu biex issa l-gvern jgħid li m’għandux flus biżżejjed għall-ħaddiema u l-infermiera għax dawn insterqu mill-barranin bil-kunsens tal-gvern.

Id-deputat Nazzjonalista tratta kif tħallsu l-flus u lil min tħallsu dawn il-flejjes u qal li l-Oppżizzjoni avżat lill-gvern li kien hemm provi ta’ frodi ddeċieda li jibqa’ jħallas il-miljuni lil Vitals u Steward. Xi traċċa ta’ awditjar għamel il-gvern? Min kien qed jiekol minn dawn il-flus? Min kienu l-konsulenti li tħallsu b’dawn il-flus?

Adrian Delia qal li l-poplu jrid ikun jaf min hu responsabbli u kontra min se jittieħdu l-apssi. Hu sostna li sisa Steward ħarbu waara li sabu l-protezzjoni tal-gvern għal ħames snin. Min se jkun responsabbli mhux biss fil-qrati?

Hu semma’ l-Avukat Ġenerali u staqsa jekk dan iddefendiex lill-poplu Malti jew lill-barranin f’dawn il-fordi li kienu ma twaqqfux kien jammonta għal €4,000 miljun. Anki l-INDIS u l-membri tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni li s-segretarju tal-Bord kien l-avukat Aaron Mifsud Bonnici li kien hemm biex iħares l-interessi ta’ Konrad Mizzi huma responsabbli.

Hu qal li l-VITALS kellha biss €1,000 kapital meta ħadet il-kuntratt ta’ €4,000 miljun għall-isptarijiet u ma kellha ebda esperjenza kif tmexxi sptar. Dawn huma responsabbli wkoll. Hu semma l-Kummissarju tal-Artijiet u l-Gvernatur tal-Artijiet li kellem responsabbiltà biex jissalvagwardjaw il-propjetà fil-pajjiż.

Il-ministri tal-finanzi Edward Scicluna u Clyde Caruana huma responsabbli għal dawn il-kuntratti wieħed għax kien ministru meta saru l-kuntratti u l-ieħor għax baqa’ jiffinanzja.

Hu staqsa kemm saru ħlasijiet fuq l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u fil-modernizzar ta’ San Luqa u jekk sarx awditjar tax-xogħlijiet. Il-Prim Ministri issa qed jgħid li se jitlobhom il-flus li ħadu lill-poplu propju wara li dawn ħarbu mill-pajjiż.

Dwar il-Ministru Saħħa, Adrian Delia, staqsa jekk kienx qed jaċċerta li x-xogħlijiet qed jitwettqu u spjega kif il-COVID l-isptarijiet ġodda suppost kienu diġà lesti. X’passi ħa? Jew ipprova u tħalliex?

Il-Kabinett kollu ta’ Joseph Muscat hu responsabbli, sostna Adrin Delia, li kompla li jew kienu kompliċi inkella indunaw u għażlu li ma jagħmlu xejn. Min jiskot quddiem il-korruzzjoni hu korrott quddiem il-korruzzjoni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa fejn qiegħed il-Kummissarju tal-Pulizija u lil min qed jinvestiga. X’se jagħmel kontra min seraq €400 miljun u li kien se jisraq €4,000 miljun?

Adrian Delia appella lid-deputati kollha u qal li f’Novembru li għadda l-Oppożizzjoni ppreżentat protest ġudizzjarju li fih talbet biex il-gvern jieħu l-isptarijiet lura għaliex kien hemm il-frodi. Hu appella lid-deputati kollha biex issa jagħmlu dak li hu tajjeb kontra l-barranin li serqu lill-poplu u telqu; ivvotaw favur il-poplu u għal Malta.