Lokali Parlament

Il-kuntratt ma VITALS u Steward ma kienx serju u ma kienx hemm bżonnu

Ritratt: Martin Agius

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fil-parlament li l-kuntratt ma VITALS u Steward ma kienx serju u ma kienx hemm bżonnu.

Stephen Spiteri qal li l-gvern ipprivatizza l-uniku sptar f’Għawdex u sostna li l-Qorti kkonfermat li l-kuntratt frawdalenti kien prededitat. Hu sostna li llum Mater Dei qed jgħereq bil-pazjenti fil-kurituri u kompla li qal li d-deal bejn Vitals u Steward ma kien se jwassal imkien għax Vitals ma kellhom l-ebda esperjenza fis-settur mediku.

L-uniku esperjenza li kellhom kienet kif se jagħmlu l-miljuni, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kmpla li l-PN qed jaqbeż għall-ħaddiema tal-isptarijiet. Issa l-flus inħlew u dawn setgħu kienu investiti biex jinbena sptar f’Għawdex. Flok pazjenti fl-Isptar Sam Luqa hemm biss ħamiem.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan hu riżultat ta’ min kellu jinvesti u ma nvesta xejn u sostna li l-kuntratti ma kinux f’posthom mill-bidu. Hu sostna li s-sħubija mal-privat għandha tkun għall-benefiċċju tal-pazjenti u mhu skont il-mudell tal-kuntratt ma’ Steward.

Stephen Spiteri kompla li l-flus li kienu ivvutat għall-budget tas-saħħa jintefqu għall-mediċini u s-servizzi tas-saħħa.