Wara li l-Qorti tal-Appell iddikjarat li l-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar mogħti lill-Ministru Ian Borg u lil martu biex jibnu pool fid-dar tagħhom, li tinsab fiż-żona rurali ta’ Santa Katerina fir-Rabat, bħala illegali, il-Partit Nazzjonalista jsostni li l-Ministru għandu jerfa’ r-responsabbilta’ politika u jirriżenja.
Dan meta, waqt li l-Ministru Borg kien responsabbli mill-Awtorità tal-Ippjanar u waqt li, kif iddikjarat il-Qorti stess, kien konxju li l-permess kien qed jiġi kkontestat quddiem il-Qrati, xorta kompla bl-iżvilupp tal-pool.
Dan intqal fi stqarrija tad-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li dan l-iżvilupp kien diġà mdawwar b’dubji serji wara li anke l-Uffiċċju tal-Ombudsman kien qal li l-applikazzjoni saret “in a devious manner” u wara li l-Qorti kienet diġà ma emmnitx il-verżjoni tal-Ministru Borg dwar kif akkwista l-art b’mod abbużiv mingħand persuna vulnerabbli.
Il-Qrati Maltin reġgħu taw ċertifikat ieħor ta’ governanza ħazina lill-Gvern u lill-Awtorità tal-Ippjanar wara li din, għal darba darbtejn, ħarġet permess għal żvilupp li jmur kompletament u b’mod ċar kontra l-Pjan Lokali u l-policies tal-ippjanar tal-istess Awtorità għaż-żona, jiġifieri li swimming pools mhumiex permessibbli.
Filwaqt li jsostni li l-Ministru Ian Borg għandu jirriżenja, il-Partit Nazzjonalista jinsisti li l-Awtorità tal-Ippjanar għandha tkun awtorità serja u indipendenti mingħajr ma tħalli indħil fl-operat tagħha.
//= $special ?>