Lokali

“Il-PN se jibqa’ jiġġieled sakemm nirbħu lura dak li nsteraq lill-Maltin” – Adrian Delia

“Għamlu kuraġġ għax din il-ġlieda se niġġielduha flimkien sakemm nirbħuha!”

Kien dan li qal id-Deputat Nazzjonalista, Adrian Delia waqt id-diskors li għamel tul il-protesta fuq barra tal-Parlament kontra d-deal skandaluż tal-Vitals.

“Inthom ġejtu misruqa €400 miljun,” qal Adrian Delia. “Robert Abela għadu s’issa m’appellax iżda aħna mhux se naqtgħu qalbna.”

Adrian Delia qal li l-Gvern Laburista ta’ Robert Abela qed jibqa’ jirrifjuta li jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dan l-iskandlu iżda l-Partit Nazzjonalista mhux se jkun qed jieqaf hawn.

“Issa trid tintrefa’ r-responsabbiltà,” qal Adrian Delia. “Jekk huma abbandunaw l-interess tal-poplu, aħna se nkunu qed nġorru r-responsabbiltà tagħkom. Għax dan il-pajjiż jixraqlu aħjar. Inthom jixirqilkhom aħjar.”