Lokali Qorti

Il-Qorti tordna li titneħħa mill-provi t-tieni stqarrija tal-akkużat bil-Prosekuzzjoni tiddikjara li eżawriet il-provi

Żvolta fil-ġuri fejn stqarrija tal-eks Kuntistabbli tal-Pulizija li fiha stqarr li stupra darbtejn lil kollega tiegħu ma tistax tintuża bħala prova fil-ġuri tiegħu, iddeċiediert l-Qorti. L-istqarrija ittajpjata mir-raġel ta’ 33 sena, mogħtija lill-interrogaturi tal-Pulizija tiegħu fl-2018, inqrat fil-Qorti fit-tielet jum tal-ġuri.

Dan kollu zseħħ wara li l-Prosekuzzjoni ddikjarat li m’għandhiex aktar provi xi tressaq dwar eks Kuntistabbli tal-Pulizija li jinsab għaddej ġuri akkużat li stupra żagħżugħa li sa sena ilu wkoll kienet taħdem fil-Korp tal-Pulizija, u li bħalu kellha r-rank ta’ Kuntistabbli. L-akkuża tgħid li huwa strupra lil mara ħames snin ilu darbtejn f’perjodu ta’ tliet ġimgħat fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.

L-eks Kuntistabbli tal-Pulizija qed jiċħad li stupra lil waħda mill-kollegi tiegħu u li wettaq fastidju sesswali fuq mara oħra, membru wkoll tal-Pulizija. Fl-istqarrija, huwa kien qal li jiddispjaċih ħafna, u żied li induna bil-gravità ta’ dak li għamel u kkonferma l-verżjoni tal-vittma, billi ammetta l-istupru.

“Kieku nista’ nreġġa l-arloġġ. Kelli żmien biex naħseb fuq l-affarijiet u nixtieq niskuża ruħi għal xi ħsarat li setgħet sofriet. Kont għaddej minn perjodu ħażin, iżda dan xorta ma jiġġustifikax dak li għamilt,” kienet tgħid it-tieni stqarrija tiegħu.

Il-‘caution’li kien ingħata mhux konformi mal-liġi. L-avukat difensur tiegħu Franco Debono mexxa u qal li l-istqarrija mill-evidenza, ma kinitx valida legalment minħabba bidla fil-liġi dwar kif persuna arrestata għandha tiġi mwissija. Meta l-liġi ġiet emendata f’Novembru 2016 biex tintroduċi d-dritt għall-assistenza legali waqt l-interrogazzjoni, il-kawtela kienet inbidlet ukoll.

L-interrogazzjoni saret f’Marzu 2018, iżda l-kawtela tinqara u ttajpjata “fl-iżgħar daqs ta’ font” fuq l-istqarrija ma kinitx konformi mal-emenda tal-2016, sostna Debono. Wara pawża qasira, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera laqgħet it-talba tad-difiża, u ddikjaratha inammissibbli għax il-Pulizija tatu twissija li ma kienitx il-format korrett skont il-liġi.

Il-‘caution’ li ngħatat lill-akkużat kienet tinkludi r-regola tal-inferenza, jiġifieri li dak kollu li naqas milli jgħid jista’ jwassal għal inferenzi kontrih. Għalhekk il-Pulizija kienet illimitat lill-akkużat f’dak li qal. Dik ir-regola tal-inferenza m’għadhiex tapplika fl-2018.

Il-Qorti osservat ukoll li t-twissija kienet miktuba b’tipa żgħira li kienet “mhux xierqa”. “Din mhix xi klawżola ta’ ċaħda f’polza ta’ assigurazzjoni,” irrimarkat l-Imħallef. “Il-Qorti trid tagħmel ġustizzja kemm mal-vittmi kif ukoll mal-akkużati,” hija qalet.

“Lanqas m’għandhom isofru minħabba xi difett proċedurali. L-iskali tal-ġustizzja għandhom jiġu applikati b’mod skrupluż.” Verżjoni ferm differenti minn naħa tal-Prosekuzzjoni kienet staqsiet tali talba biex titneħħa l-istqarrija peress li l-evidenza ma kinitx saret fil-ħames snin ta’ qabel il-ġuri. Anke jekk il-kawtela ma kinitx ifformulata sew, l-akkużat ma kienx ġie mċaħħad mid-drittijiet tiegħu għall-assistenza legali, sostniet l-Avukat Angele Vella mill-uffiċċju tak0Avukat Ġenerali.

“Huma jsostnu li din hija kwistjoni ta’ ordni pubbliku, imma aħna nitolbu ġustizzja għall-vittmi,” qalet l-avukat, li kienet oġġezzjonat bil-qawwa għat-tneħħija tal-istqarrija. “Aħna lkoll hawn għall-ġustizzja. Imma kif tista’ ssir ġustizzja jekk tkun permessa evidenza inammissibbli?” irribatta Debono.

Fid-digriet tagħha, l-Imħallef qalet li l-prosekuzzjoni trid tipprova l-ħtija tal-akkużat u dikjarazzjonijiet maħruġa mhux skont il-liġi mhumiex ammissibbli. Huwa minnu li d-difiża setgħet indikatha aktar kmieni fl-istadju ta’ qabel il-proċess, iżda l-Qorti ma tistax tonqos milli tagħti widna għall-argument tad-difiża, hi qalet.

L-istqarrija kienet saret ġurnata wara li l-akkużat kien ta rendikont ferm differenti fi stqarrija awdjoviżiva. Waqt dik l-istqarrija, reġistrata f’uffiċċju żgħir fil-Vici Squad fil-preżenza ta’ avukat li kien qed jassisti lis-suspettat ħames snin ilu, il-Pulizija tkellmet fit-tul dwar kif l-ewwel sar jaf lill-kollegi nisa tiegħu, filwaqt li saru mistoqsijiet dwar l-allegat kriminali tiegħu fuq għemil ħażin.

Ir-raġel qed jiġi mixli wkoll għamel avvanzi sesswali fuq mara oħra li sal-lum għadha membru tal-Korp tal-Pulizija, bir-raġel ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Il-ġuri li qed isir quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qed isir bla ġurati u issa daħal fit-tielet jum tiegħu.

Is-seduta ta’ filgħodu kienet kważi kollha fuq iż-żewġ stqarrijiet tal-akkużat li għamel mal-Pulizija fl-2018. Fl-awla 14 ġiet murija bl-awdjovisiv l-ewwel stqarrija li l-akkużat ta lill-Pulizja. Fil-preżenza tal-eks avukat tiegħu Alfred Abela u l-Ispetturi Joseph Busuttil u Mark Merceica qal li l-allegati vittmi ilu jafhom kemm ilu fil-Korp.

Mistoqsi jekk hux vera li għamel atti sesswali mal-ewwel allegata vittma kontra l-volontà tagħha, l-akkużat kien wieġeb li le, imma li fl-affermattiv li għamel attin sesswali magħha. Qal li darba ħarġu u nduna li l-vittma kellha ‘soft spot’ għal Pulizja ieħor.

L-akkużat qal li kien uriha li nduna li kellha grazzja miegħu u meta din ħarġet barra ma’ dan il-Pulizija u rritronat waħedha staqsiha dwaru u hi kienet qaltlu li darba marret miegħu imma xejn speċjali għax lanqas kien jaf “x’se jagħmel bih”.

Dwar l-atti sesswali ta’ bejniethom, l-akkużat kien qal li l-ewwel darba hu u ħiereġ mill-kitchenette għax daħal jaħsel idejh, u kienet ġejja hi, u għamlitlu espressjoni u tagħtu x’jifhem ħafna – u hu biesha fuq xofftejha u hi kompliet miegħu.

Daħlu fil-kamra tas-Surġenti u għamlu l-att sesswali hemm ġew u fl-ebda ħin hi ma waqfietu u fl-ebda ħin ma kien selvaġġ fuqha. Huwa kien qal fl-ingterogazzjoni li dan kien att ta’ żewġ minuti kollox u xi ħames minuti wara daħlet persuna l-għassa biex jiffirma. Qal li qaltlu b’mod fuq dak li kienu għamlu u li kienet sodisfatta, u hu kien ħa gost bil-kumment li għaddietlu dwar persuntu.

Qal ukoll li kienu bilwieqfa f’ħin minnhom, u li pprova jagħmel magħha l-att sesswali imma ma rnexxilux minħabba l-uniformi, u t-tnejn li huma neżgħu il-qalziet. Tenna li hi kienet mistrieħa mas-sufan u mbagħad daret u kompla jagħmel l-att sesswali magħha minn wara. Qal li mbagħad kompla b’idejh. Qal lill-investigaturi wkoll li ma użawx kontraċettiv, u wara eġakula barra u mesaħ bil-mopp. Wara qal li ma hi ma qaltlux “ara terġax tagħmilha”.

Qal ukoll li darba minnhom kienu l-Għassa lejn l-aħħar ta’ Frar bidu ta’ Marzu, kien qed jitkellem magħha u għaddiet kumment fuq fuq il-persuna tiegħu. Qal li kien qed jiekol, mar ilaħħlaħ l-affarijiet u mar fejn surġent Brian u fejn Alan. Tenna li Brian telaq kmieni għax kellu l-Qorti filgħodu u Alan daħal siegħa jistrieħ f’kamra.

Kompla li wara mar fejn vittma u staqsieha jekk hux veru li qaltlu hekk, fuq id-daqa ta’ persuntu. Qal li qaltlu iva, mela. għax kienet marret ma’ Pulizija ieħor u lanqas kien jaf x’se jagħmel. Sostna li wara kienu marru fil-kitchenette u ġara l-istess bħad-darba ta’ qabel fil-kamra tas-Surġenti.

Qal li l-Pulizija li kien rieqed fuq is-sufan, bexxaq il-bieb. Mistoqsi jekk fejn kienu fil-kitchenette jgħajtu lil Alan, dan jisma? L-akkużat wieġeb fl-affermattiv. Qal li hu u l-vittma tkellmu dwarha u ddeċidew li jżommuha bejniethom biex ma jweġġgħu lil ħadd, minħabba missier it-tifel tal-vittma u s-sieħba tal-akkużat.

Qal li Facebook tal-vittma, ritratti dejjem waħedha, biex ikollha ritratt mat-tifel rari, taħsibha ‘single’. Mistoqsi jekk qattx kellimha ħażin jew heddidha, wieġeb fin-negattiv. Tenna li kellhom argument darba fuq xogħol dwar ‘first watch’ dwar Detox. Mistoqsi dwar x’wassal biex inkiser il-ftehim ta’ bejniethom, akkużat wieġeb li ma jafx u x’aktarx l-argument li kellhom dwar Detox.

Meta tkellem fuq it-tieni vittma qal li għamel żmien miġbud lejha. Kien ikellimha fuq xogħol u meta nnota l-warrani tagħha nġibed iktar lejha. Mistoqsi dwar xi tqassim ta’ riferta, qal li kienu marru hu u Alan l-Għassa Tas-Sliema u marret magħhom hi biex iqassmu riferta lil prostituta.

Qal li ma sabuhiex, u għalhekk marru patrol Manoel Island u mbagħad hi riedet tagħti xi multi fejn kienet tat xi sebgħa dakinhar. L-akkużat qal fl-istqarrija li hu kien jibqa’ fil-karozza u kienet toħroġ mill-karozza l-vittma biss. Mistoqsi jekk għaddhiex xi kummenti, qal li darba għadda kumment u ma jafx jekk semgħatux li kien jgħid “x’sorm għandek”. Qal li ma messilhiex idejha u li għaddha kumment dwar li tiżloqlu jdejh minn fuq gear leaver.

Dwar każ ieħor qal li kien is-Surġent li qallu biex imur jiġbor lill-vittma l-oħra u jmorru l-Qorti. Qal li marru Qorti u hi marret tagħmel qadja fil-Qorti tal-Familja u hu stenniha fil-karozza. Wara reġgħu telgħu l-Qorti. Mistoqsi jekk daħħalx idejh bejn is-seat u messilha saqajha qal idejh seta’ jdaħħalha imma ma għamilhiex.

Qalilhom li kienet qed tilmenta minn uġigħ f’daharha u hu qalila li għandha bżonn massage. Qal li qaltlu li għandha sponsor, għax titħabbeb m’ommha u tħallsilha wieħed. Mistoqsi jekk offrilha li jmorru ‘weekend break’, qal li offrilha biex jiltaqgħu, biex isir jafha aħjar. Qal li kiteb messaġġ fuq mobile u wrihulha.

Mistoqsi jekk mat-tieni vittma (dik mhux allegatment stuprata) riedx l-istess affarijiet bħal mal-ewwel vittma qal li le għax beda jħossu differenti magħha. Qal li i ġara bejnu u bejn l-ewwel vittma ma jħoss xejn. Qal li kellu problemi fir-relazzjoni tiegħu u kien dgħajjef waqa’ għaliha.

Qal li lejn it-tieni vittma kien qed jinġibed ħafna lejha, ried isir jafha. Qal li meta wrieha messaġġ qalilha li biex isir jafha aħjar. Qal li jista’ jkun li l-ewwel vittma saret taf b’dak li nibet bejnu u bejn it-tieni vittma u ħadet għaliha. Mistoqsi jekk ikollu jiskuża ruħu mal-ewwel vittma, huwa skuża ruħu jekk ħolqilha xi skumdità għax forsi beda jagħti każ persuna minflok każ tagħha. Dwar tieni vittmi, skuża ruħu jekk għaddhielha xi kumment jew ħars li seta’ ħassitha skomda. Qal li hu jrid ikompli b’ħajtu.

Fit-tien stqarrija tiegħu li saret l-għada tal-ewwel stqarrija fejn kkonferma dak li qalet l-allegata vittma li ġiet stuprata, dik li kien hemm żewġ okkazzjonijiet li kellu x’jaqsam magħha mingħajr il-kunsens tagħha. Qal li jiddispjaċih ħafna u li qed jirrealizza l-gravità tal-każ u ta’ dak li għamel.

Li kieku jista’ jdawwar l-arloġġ lura, żgur li ma jerġax jagħmel li għamel. Qal li dan qalu għax kellu ċans jhewden fuq dak li ġara u apprezza l-ħażin li għamel. Qal li jixtieq jitlobha skuża għal dak li għamel magħha u għal kull dannu li setgħet ġarbet bl-affarijiet li ġara.

Qal li kien għaddej minn żmien ħażin li xorta ma jiġġustifikax l-aġir tiegħu. Qal li jekk hemm xi għajnuna li jista’ jagħtiha lest li jgħinha u lest li jfittex l-għajnuna hu ukoll. Wara sar verbal mid-difiża li għamlet referenza għat-tieni stqarrija tad-19 ta’ Marzu 2018 u tirrileva li t-twissija li ngħatat jista’ jkun li ma kinetx skont il-liġi viġenti dak iż-żmien u titlob l-isfilz immedjat tagħha mill-atti u dan f’isem l-ordni pubblika.

Il-Prosekuzzjon irribbattiet fejn Dr Vella iddikjarat li għandha oġġezzjoni bis-sħiħ għal dak mitlub mid-difiża peress li drittijiet tal-akkużat ma ġewx mittiefsa u dan f’isem il-ġustizzja lejn il-vittmi, stante fl-istqarrija l-akkużat ammetta għar-reati msemmija.

L-Avukat Franco Debono, wieġebl li meta wieħed jara t-tieni stqarrija u t-tip ta’ twissija li ngħatat tinnota inferenza. Hu ġibed l-attenzjoni tal-Qorti li meta ngħatat it-tieni stqarrija, l-inferenza tneħħiet u f’dak il-każ il-Qorti għandha tisfilza din l-istqarrija.

L-Avukat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal li interessanti li d-difiża saret taf issa biss li hemm frażi mhux skont il-liġi. Qal li interessanti li wara ħames snin, issa sar jaf biha. Qal li t-twissija ngħatat u għalhekk inqrat. Qal li f’dik it-twissija kien hemm id-dritt tal-avukat. Staqsa għaliex ma tressaqx fi żmien l-eċċezzjonijiet?

Qal li jekk ma kellhiex tkun hemm dik, x’qed tnaqqas mid-drittijiet l-oħra li ma tnaqqas assolutament xejn. Saħaq li m’għandhiex tiġi sfilzata, f’isem il-ġustizzja. L-Avukat Franco Debono qal li liġi daħlet f’Novembru 2016 u forsi stqarrija kienet ‘template’. Qal li dan huwa żball tal-Pulizija u m’għandux jippreġudika lill-akkużat. Qal li din ma ngħatatx volontarjament.

Il-Ħamis xehdet ukoll li l-Ispettur Lara Butters bid-difiża tgħid li l-allegata vittma xehdet li ma feħitx qalbha ma’ Butters għax kienet tibbuljaha. Għal dan ix-xhud wieġbet li qrat x’ingħad fil-Qorti u li sallum il-ġurnata għadha ma tafx x’inhu dan il-bullying.

Qalet li marret taqra xi ngħad u marret tara ċ-chats ta’ bejniethom u li fihom hemm kollox minbarra li xi ħadd iħossu bullied. Qalet li r-relazzjoni ta’ bejniethom kienet normali ħlief meta forsi ġibditilha widnejha fuq xi nuqqasijiet. Id-difiża staqsiet jekk hiex gidba li hi bbuljat lill-vittma. Ix-xhud wieġbet fl-affermattiv.

Ix-xhud qalet li l-vittma għamlet perjodu meta weġġgħet subgħajha u kienet intitolata tmur għax-xogħol b’ilbies normali. Qalet li darba daħlet l-Għassa u rat tfajla wara desk u m’għarfithiex. Qalet li kienet l-allegata vittma. Spjegat li kienet liebsa flok skullat bil-cleavage jidher, bla card tal-Pulizija għaliex meta jkunu pajżana jridu jilbsu l-card biex in-nies ikunu jafu li hi Pulizija. Qalet li dakinhar irrimarkathielha biex persuna wara d-desk tilbes sew.

Id-difiża qalet li l-vittma stqarret li x-xhud kienet tgħir għaliha. Għal dan l-Ispettur Butters wieġbet li mhux minnu. Għall-mistoqsijiet mill-Prosekuzzjoni jekk għamlitx rapporti, ix-xhud wieġbet li biex tevita milli l-affarijiet jikbru kienet tkellimhom biex jittranġaw l-affarjiiet. Qalet li lanqas fuq ħwejjeġ li kienet tilbes il-vittma m’għamlet rapport għax imbagħad irranġat fil-mod ta’ kif tilbes.

Mistoqsija jekk ix-xhud ġieli libsitx skullat, ix-xhud wieġbet li mhix persuna li tilbes skullat, provokattiv, tħobb tilbes sew. Fuq jekk l-Assistent Kummissarju Mamo qattx avviċinatha u kkoreġitha fuq l-ilbies, ix-xhud qalet li le u jekk trid il-Prosekuzzjoni ġġib lil Mamo fil-Qorti ħa tikkonferma.

Dwar jekk l-allegata vittma kinitx tagħmel xogħol, ix-xhud qalet li kienet tagħmel xogħolha u anzi kienet titlob biex tkun l-għassa. Mistoqsija jekk kinetx tqatta’ ġranet sħaħ imsakkra fl-uffiċċju tagħha, ix-xhud wieġbet li le. Hawn id-difiża ddikjarat li m’għandhiex aktar xhieda xi tressaq.

Il-kontestazzjoni hi biss fuq jekk kien hemm kunsens fuq l-att sesswali

Id-difiża permezz tal-Avukat Franco Debono beda jagħmel is-sottomissjonijiet tal-aħħar. Huwa rrefera għall-mistoqsija tal-Ispettur Mercieca fl-istqarrija tal-akkużat: “Jista’ jkun li l-ewwel vittma rrapportatek għax ħadet għaliha għax tfajt għajnejk fuq ħaddieħor?” Qal li fl-istqarrija, l-akkużat b’mod ġenwin, wieġeb li jista’ jkun.

Dr Debono qal li mhux qed jikkontestaw jekk kienx hemm atti sesswali, it-tnejn qablu fuq hekk. Qal li qed jikkontenstaw jekk kienx hemm kunsens jew le. Qal li dwar l-approach hemm livelli differenti. Qal li “jekk nieħdu l-każ tat-tieni vittma, ma niddejqux ngħiduha, li tfajla, mara, għandha kull dritt tagħmilha ċara li trid titħalla bi kwietha jekk raġel qed idejjaqha biex mod kif qed javviċinha.”

Debono qal li dwar Roderick, fil-kumpilazzjoni l-allegata vittma ma ħarġithiex anzi qalet li kienu biss ħbieb. Qal li wara ħames snin ħarġet il-verità u cioe li kienet bisitu. Qal li din hi t-tip ta’ persuna qed tagħmel dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-akkużat. Qal li l-verżjoni tal-akkużat (referenza għall-ewwel stqarrija li ta lill-pulizija) tagħmel aktar sens. Staqsa kif jista’ jkun isir stupru f’għassa tal-pulizija fl-Imsida fit-8pm u ma tagħmel xejn?

Dr Debono kompla jgħid li anki meta kien hemm is-Surġent rieqed l-għassa, dan ma kienx rieqed id-dar u allura kif jgħid il-Malti b’ngħasu ħafif u allura kieku mqar għajtet kien se jismgħha. Ix-xhud Abela qal li kien hemm u xehed li ma sema xejn.

L-allegata vittma qalet li “l-ewwel kaxkarni, imbagħad ġibidni minn idi u mbagħad imbottani biex nimxi”. Qal li allura d-difiża tistaqsi, ma setgħetx għajtet dak il-ħin? Ma setgħetx titlob lis-Surġent biex dakinhar ma jorqodx? Jew titlob minn qabel biex ma titħallhiex l-għassa waħedha miegħu? Qal li m’għamlet xejn minn dan. Dr Debono kompla jgħid li malli kienet tkun xogħol Paceville kienet tibdel biex tmur xogħol fl-għassa fejn ikun hemm dak li allegatament kien qed jisuupraha. Staqsa tista’ titwemmen?

Dr Debono kompla jgħid li fl-istqarrija li ta l-akkużat semma anki kif wasslu għal li ġara. Qal li bdew jitkellmu fuq Roderick u li ġieli bisitu, etc… Qal li l-allegata vittma mhux hekk, kollox in a vacuum. Qal li d-difiża m’għandhiex għaliex tiddefinixxi mottiv, imma meta feġġet it-tieni allegata vittma l-affarijiet inbiddlu.

Dr Debono kompla jgħid li l-allegata vittma filli kienet qed tibża u mbagħad f’temp ta’ jumejn ġie l-kuraġġ biex tkellem lit-tieni vittma u jirrapportaw. Qal li skont hi l-ewwel allegata vittma, ma xtaqitx li persuna oħra, li ma kinux eżatt the best of friends, tgħaddi mill-istess li għaddiet hi.

Fis-sottomissjonijiet tiegħu, Dr Franco Debono, kompla jgħid li kull meta marret tkellem lil xi ħadd, dejjem għamlitilhom ċara, biex ma jkellmuhx lill-akkużat. Qal li qallulha biex tirrapporta lil fizzjal jew tkellem avukat, iżda hi qaltilhom li ma trid tagħmel xejn. Staqsa għandu mis-sewwa dan? Kompla jgħid li s-Surġent Brian qal li din ġiet bid-daħka. Talbet lil xi ħadd biex ma taħdimx mal-akkużat? Qal li ma talbet lil ħadd.

Kompla jgħid li anki lit-tieni allegata vittma daħħlet fin-nassa. Qal li din għamlitha ċara li kienet qed timmaniġġja s-sitwazzjoni, waqfitu, issa jista’ jkun li akkużat kien atteġjament clumsy. Qal li jagħmilha ċara kull mara għandha dritt li ma tiġix iffittata. Qal li t-tieni allegata vittma, kienet in control tas-sitwazzjoni tant li qaltlu li jekk terġa tagħmilha, inċapċaphielek. Dr Debono irrefera għall-kontroeżami li għamel lit-tieni allegata vittma lbieraħ l-avukat Edward Gatt meta staqsieha li kieku ma kienx għall-ewwel allegata vittma, kieku hi (it-tieni vittma) mhix hawn u hi wieġbet iva ma kinetx tkun hawn.

Debono kompla jgħid li fejn tidħol it-tieni vittma din qatt ma kellha l-ħsieb li tirrapporta għax kellha s-sitwazzjoni taħt kontroll. L-avukat Debono qal li l-intenzjoni tat-tieni vittma nbidlet wara li tkellmet mal-ewwel vittma u reġgħet evalwat is-sitwazzjoni taħt l-impressjoni li dak li qaltilha l-ewwel vittma kienet il-verità, meta ma kienx. Qal li fil-fatt it-tieni vittma qalet li ma kellhiex l-intenzjoni li l-affarijiet jaslu s’hemm. Qal li issa jekk il-Qorti mhux se ssib ħtija fuq stupru dan jimpinġi fuq akkużi oħrajn fejn jidħol fastidju fuq il-post tax-xogħol.

Il-kelliem staqsa għaliex importanti l-ilbies. Qal li għax l-ewwel vittma tagħmel ta’ rasha u meta l-affarijiet ma jmorrux kif tixtieq hi, twaħħal f’kulħadd. Qal li għax l-ispettur Butters ikkoreġitha fuq l-ilbies, qalet li din kienet tibbuljha. Kompla jgħid li l-istess għamlet lill-akkużat, kif dan ammetta li t-tieni allegata vittma togħġbu, bdiet tgħir hi.

Qal li l-allegata vittma hija pulizija li ħadet taħriġ u li suppost taf x’għandha tagħmel meta jmorru għandha nies jirrapportaw reati. Staqsa x’tgħidilhom lin-nies? Qal li mela tgħid li kienet imbeżża’ ħafna għax l-akkużat kien jiġi bit-theddid u mbagħad tgħid li kien jgħajjarha quddiem tal-uffiċċju imma minn dawn tal-uffiċċju ħadd ma ttella’ jixhed.

Anki din taċ-ċinturin meta tħares fid-dettal. Qal li meta kienet u ma kinetx tilbsu ċ-ċinturin. L-avukat Debono qal li stabbilejna li kienet ilha 17-il xahar li weldet lit-tifel b’ċesarja. Qalet li kienet għadha friska mit-twelid, issa ma nafx jekk 17-il xahar mhux friska, irrimarka l-avukat.

Qal li l-allegata vittma mhux biss kienet tgħid li kienet tibża li tgħaddi bord jekk titkellem imma semmiet ukoll li kienet tibża li ma tiġix emnuta. Meta mistoqsija mill-Qorti għaliex ma tiġix emnuta, l-allegata vittma qalet li għax moħħha hekk ħaseb. Qal li staqsejnieha, għaliex ma mortx għand tabib jew ħadt xi żewġ ritratti bil-mobile tat-tbenġil. Qal li ħalli ma tirrapportax imma tibda ġġemma’ l-provi.

“Xi ħaġa li xtaqt Qorti tinnota, it-tieni allegata vittma, qalet li kieku kien jiffansjani seta joffrili li jwassalni d-dar, ħaġa li l-akkużat kien għamilha biex juriha li għandu grazzja magħha” L-Avukat Debono qal li għal dawn ir-raġunijiet il-każ talprosekuzzjoni ma jistax ireġġi. Jikkwota mill-każ Blackstone dwar il-kunsens. Qal li kuntrarju għall-akkużat, il-verżjoni tal-allegata vittma kienet outline bla kulur.

Kompla jgħid li l-konsistenza tax-xhieda, uħud gidbuha. Staqsa għalfejn marret tgħid lil xi kollegi b’li ġara imma mbagħad ma ridithom jagħmlu xejn dwar li qaltilhom. Qal li imma mbagħad ara l-altruiżmu falz, ma riedet tagħmel xejn għaliha nnifisha imma mbagħad ma ridetx li l-kollega tagħha tgħaddi mill-istess.

L-avukat Debono qal li anki fejn tidħol l-ikla tas-sushi, ma sabitx skuża biex ma tmurx? Qal li din kienet ikla għall-irġiel biss, ta’ ikel li ma tħobbx u li għaliha kien se jattendi l-aggressur tagħha. Qal li mhux talli hekk talli poġġiet quddiemu. Kompla jgħid li din l-allegazzjoni ġabet straġi.

Qal li l-kelma tal-allegata vittma biss bla korraborazzjoni lanqas imqar ta’ tabib. Qal li minbarra traġedja fuq l-akkużat innifsu li llum hu miżżewweġ u qed jistenna tarbija, ħalliet korp tal-pulizija mbeżża u ntimidat. Qal li wħud minnhom bil-caution għax jistgħu jittieħdu passi kontrihom. Qal l-istupru huwa ikrah u daqstant huwa ikrah li xi ħadd ikun akkużat falz bi stupru. Qal li l-għan ta’ kulħadd hu li ssir ġustizzja ma kulħadd.

Qal li ħafna mix-xhieda li ġabu l-prosekuzzjoni spiċċaw jikkontradixxu lix-xhud ewlenija u minn ma giddibhiex outright, oħrajn irendu x-xhieda tagħha mhux kredibbli. Qal li kieku prosekuzzjoni ma tellgħetx lil Alan Abela xhud, prosekuzzjoni kien ikollha toqba fil-każ imma la tellatu dan ikkontradixxa lix-xhud ewlieni.

Il-ġuri jkompli l-Ġimgħa, bid-difiża tagħmel il-konklużjonijiet tagħha u mbagħad tibda r-replika tal-prosekuzzjoni u wara ssir il-kontroreplika tad-difiża.tal-AĠ Angele Vella u Darlene Grima qed imexxu l-Prosekuzzjoni. L-avukati Edward Gatt u Franco Debono huma l-avukati difensuri. L-avukati Lara Dimitrijevic u Stephanie Caruana qed jidhru bħala parte civile għan-nom taż-żewġ allegati vittmi.