Il-magna tal-propaganda f’Moska qed tħeġġeġ dejjem aktar biex il-President tar-Russja Vladimir Putin jordna attakk nukleari fuq ir-Renju Unit.
Fil-fatt, it-theddid ta’ Moska fil-konfront tal-Britanniċi saru kontinwi meta r-Renju Unit qed jgħin aktar minn qabel lill-poplu tal-Ukrajna biex jirreżisti l-invażjoni ta’ artu mill-qawwiet ta’ Putin.
Sadanittant, l-eks Ġeneral tal-Armata Russa, Yevgeny Buzhinsky, insista biex il-President Putin joħroġ direttiva għal attakk fuq ir-Renju Unit b’torpedo nukleari għal taħt l-ilma tat-tip Poseidon, u li skont il-Ġeneral ‘hu qawwi biżżejjed biex jeqred lir-Renju Unit minn fuq il-mappa’.
L-esperti militari wissew li l-Poseidon mhux talli kapaċi jeqred lill-ibliet Britanniċi mal-kosta iżda jista’ anki jikkaġuna l-mewġ enormi — tsunami – ta’ radjuattività li jkunu fatali għar-residenti ta’ Londra u l-madwar.
//= $special ?>