Lokali Parlament

Jeħtieġ ippjanar fl-ambjent

Stanley Zammit, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit enażizza fil-parlament l-importanza li l-pajjiż jibda, b’mod ħolistiku, jippjana l-ambjent.

Stanley Zammit qal li l-ġenituri ta’ Jean-Paul Sofia qed jitkarrbu għall-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ binhom u biex din il-mewt ma tkunx saret għalxejn. Il-gvern għandu jaħtar bord ta’ inkjesta biex ikunu identifikati n-nuqqasijiet fis-settur.

Id-deputat Nazzjonalista qal li anki s-Segretarju Parlamentari jħoss li din l-inkjesta għandha ssir u sostna wara t-traġedja ta’ Miriam Pace saru diversi rapporti iżda l-gvern qal biss l-istess diskors. X’sar? Xejn ħlief tibdil fuq effettiv u li jwasslu għall-burokrazija; anarkija organizzata.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Oppożizzjoni qed tiltaqa’ mal-esperti u dawk interessati u dawk imġarrba biex twassal il-vuċi tagħhom. Il-gvern irid jieqaf jagħmel xi ħaġa sempliċiment biex din tkun saret.

Jeħtieġ li l-awtoritajiet involuti ikunu awtoritajiet ta’ veru u mhux konsulenti li jiġu injorati. Jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet li jkunu eżemplari u mhux jinħarġu permessi kontra il-pjani lokali u l-policies dwar żoni rurali.

Stanley Zammit sostna li l-awtoritajiet qed jiġġieldu għar-riżorsi u jissellfu n-nies li jkollhom konflitti fir-rwoli tagħhom. Jeħtieġ li l-Awtorità tal-Ippjanar, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, l-Awtorità tar-Riżorsi u Ambjent, l-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, is-Sovratendenza tal-Wirt Kulturali, il-Gvernijiet Lokali u entitajiet oħrajn ikunu awtoritajiet ta’ veru u mhux konsulenti li ħafna drabi jigu injorati. Hu qal li l-pajjiż ilu jistenna l-ISPED waqt li l-OHSA trid tinforza b’inqas minn tużżana spetturi. Il-gvern għandu fjassal pjan starġiku u ħolistku għall-ambjent u l-iżvilupp.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ambjent għandu jkun ippjanat u mhux jintefqu iktar flejjes biex jinħolqu spazji ambjentali.

Hu qal li li l-flus għandhom jiġu investiti bil-għaqal u mhux f’kuntratti korrotti u frawdolenti. Jeħtieġ isir investiment fir-riżorsi umani, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, investiment fl-għodda diġitali fejn, fost oħrajn, b’mod awtomatiku tanalizza pjanti preżentati diġitalment li dawn ikunu konformi mal-policies tal-ippjanar, ma’ standards tal-bini, ma’ standards ambjentali u mal-energy performance u investiment fl-ippjanar. Dan flimkien ma’ investiment fl-infurzar u investiment fl-operat

Hu qal li l-Oppożizzjoni ilha tinsisti li l-Gvern ifassal pjan strateġiku ħolistiku għall-ambjent u l-iżvilupp u jirrevedi l-pjani lokali u s-Development Control Design Policy, il-Guidance and Standards u mhux biss l-iSPED. Illum anke l-izviluppaturi jaqblu ma’ dan.

Id-deputat Nazzjonalista sostna li waħda mill-miri tal-istrateġija ambjentali ta’ Malta hi li l-ippjanar tal-ispazji u l-proċess ta’ permessi għall-iżvilupp iridu jissaħħu aktar biex jiżguraw li l-ambjent u l-benesseri tal-pajjiż ikunu salvagwardjati waqt tiżdied ir-reżiljenza għall-bidla fil-klima.

Il-pjan strateġiku ghandu jkun ħolistiku, konformi u marbut ma’ l-istrateġija ambjentali, jorbot lill-gvern fid-deċiżjonijiet kollha li jieħu u li jkollhom impatt fuq id-diversi ambjenti tagħna u bbażat fuq studju ta’ carrying capacity li ghadu jrid isir.

Il-pjan strateġiku għandu jsir b’kunsiderazzjoni tal-ambjent mibni u naturali, il-wirt storiku u kulturali u l-bżonnijiet kulturali, sożjali, ekonomiżi u tal-industrija u jkun misaħħaħ b’policies ċari li ma jħallux spazju għal sfruttament abbużiv fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom.

Il-PN jmmen li l-kriterji tal-ESG – tal-ambjent, tas-soċjal u tal-governanza – għadhom ikunu dawk li jmexxu il-politika anke fl-ippjanar u fil-kostruzzjoni.

Il-gvern għandu jimbutta sistemi u metodoloġiji li ma jniġġsux fil-kostruzzjoni, inkluż makkinarju u għodda b’anqas ħsejjes u trabijiet, li tant joħolqu inkonvenjenti lil ġirien.

Il-ligi sussisdjarja li ħarġet fl-aħħar tas-sena li għaddiet kienet tajba. Din għandha inkoraggita kif ukoll infurzata.

Jeħtieġ li l-Gvern jinċentiva aktar il-Green Bonds u l-Green Loans. Permezz ta’ dawn wiehed ikun jista’ jsellef għal żvilupp aktar sosstenibli, u min ikun se jissellef biex jixtri jew jirranġa propjetà, jingħata rati preferenzjali meta juri li il-propjetà li jkun se jixtri jew jirranġa tilħaq jew s tilħaq kriterji ambjentali stabbiliti.

Bil-vot fil-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tad-direttiva tal-energy performance, dawn il-kriterji huma aktar għoljin. Mill-llum il-gvern irid jibda jippjana u jinċentiva sabiex mill-2028 il-bini gdid kollu u mill-2032 bini residenzjali li jigi rrinovat b’mod magguri, ikunu bla emmisjonijiet.

Skont il-prezzijiet tal-lum, dan ikun ifisser żieda addizzjonali ta’ madwar €35,000 għal appartament ta’ tliet kmamar tas-sodda.

Anke jekk din l-ispiża tiġi bilanċjata maż-żmien minħabba anqas enerġija kkunsmata, il-Gvern mhux biss irid jara li propjetà ma tkomplix tiġi dejjem anqas affordabli, imma irid jara ukoll li dawn l-ispejjeż jitnaqqsu billi jinċentiva biex il-miżuri ambjentali tal-binjiet ikunu inkorporati fid-disinn u mill-bidu.

Għalhekk il-PN jemmnu li fl-istadju ta’ ippjanar, kull żvilupp għandu ikun assessjat skond scorecard ibbażata fuq l-oġġettivi tal-pjan strateġiku.

Din l-iscorecard għandu jintuża bħala bażi biex jingħataw inċentivi relatati mal-planning gain, inċentivi fiskali u kemm jgħaġġel il-proċess tal-approvazzjoni.

Irid ikun assigurat, minn kmieni, li l-iżvilupp jilħaq l-istandards stabbiliti mill-Energy Performance of Buildings Directive riveduta, mal-istandards ta’ kwalità, mal-istandards dwar prevenzjoni min nirien, mal-istandards dwar saħħa u sigurtà fil-binja u mal-building codes, li ghadhom ma sarux.

Hu qal kien pass tajjeb li l-gvern sema’ l-appelli tal-Oppożizzjoni u ta’ kas rapporti serji bħal tal-KPMG u żied l-għajnuna lill-first time buyers mill-budget originali, biss din bilkemm tpaċi ż-żieda fil-prezzijiet tal-propjetà.

Kuntest ħolistiku jdawwar l-attenzjoni fuq il-konsumatur finali u allura mhux biss jagħti spinta lill-kwalità tal-ħajja fejn jidħol ambjent iżda wkoll iżid il-valur imma mhux il-prezz tal-proprjetajiet.

Hi r-responsabiltà tal-gvern li jagħti l-għodda u r-riżorsi kollha meħtieġa, inkluż inkjesti pubbliċi, biex jitħaffu l-investigazzjonijiet, toħrog il-verità, min hu responsabbli jwieġeb għal għemilu, u jinsiltu u jigu implimetati t-tagħlimiet biex ma jkomplux jitnaqru l-kwalità u s-saħħa u s-sigurtà.

Il-kwalità, is-saħħa u s-sigurtà m’għandhom qatt jagħmlu tajjeb għal spejjeż oħrajn, jew, ħafna agħar, għal aktar profitti, sostna Stanley Zammit.