Lokali

Kundanna mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin jikkundanna bla riżerva l-atti koroh li seħħew illejla barra lparlament fejn ragel beżaq lejn ġurnalisti li kienu qed jagħmlu xogħolhom.

L-IĠM juri solidarjeta sħiħa mal-ġurnalisti u camerapersons tal-ONE TV li kienu fil-mira ta’ dan l-aġir disgustanti.

L-abbuż indirizzat lejn il-ġurnalisti qatt mhu aċċettabbli u l-IĠM iħeġġeġ lill-pulizija tinvestiga l-kaz u tressaq il-persuna l-qorti.

L-IĠM juri thassib għall-fatt li r-rispett lejn il-ġurnalisti qed ikompli jitnaqqar hekk kif nies flawtorita u l-politici jippruvaw iċekknu s-settur b’kummenti indirizzati lejn il-ġurnalisti.

L-IĠM jerga’ jtenni l-appell tiegħu lill-awtoritajiet biex jirrikonoxxu r-rwol tal-media u limportanza taghha ghad-demokrazija billi jieħdu azzjoni ħalli jiżguraw is-sigurta tal-ġurnalisti f’kull ħin.