Futbol Sport

L-aħħar preparamenti qabel l-impenn doppju tat-tim Nazzjonali Malti

(Ritratt: MFA)

Fit-training grounds f’Ta’ Qali ingħata bidu għall-aħħar fażi ta’ preparazzjoni tat-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Michele Marcolini. Dan se jkun debutt għal Marcolini baħal kowċ ta’ Malta minn wara li ħa post Devis Mangia.

It-tim Nazzjonali Malti għandu mpenn impenn doppju Fi Grupp C mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 bl-ewwel impenn huwa fit-23 ta’ Marzu kontra l-Macedonja ta’ Fuq fin-National Arena Todor Proeski fi Skopje.

Tliet ijiem wara impenn aktar difficli u istenni mid-dilettanti lokali tal-futbol meta nilgħabu kontra l-Italja fl-Istadium Nazzjonali f’ Ta’ Qali. Wara dawn il-partiti fis-16 ta’ Ġunju Malta tilgħab f’Ta’ Qali kontra l-Ingilterra u fid-19 ta’ Ġunju barra pajjiżna kontra l-Ukrajna.

Fil-grupp ta’ 31 plejer fil-lista originali l-attakkant ta’ Ħamrun Spartans Luke Montebello issejjaħ flok Jurgen Degabriele ta’ Hibernians li fi tmiem il-ġimgħa weġġa kontra Marsaxlokk.