Lokali Qorti

L-għarus ta’ Pelin Kaya twassal l-isptar minn raġel li kien fil-post isegwi l-isteriżmu tal-akkużat

L-għarus ta’ Pelin Kaya twassal l-isptar minn raġel mill-Pakistan li nzerta kif fuq il-post tal-inċident flimkien ma’ għadd ta’ persuni oħra li raw xena orribbli ta’ isteriżmu.Meta f’ħin minnhom mar l-maħbub tal-vittma mar ħdejha waqt li kienet ma’ l-art bla ħajja u ma waqafx jibki.

Ix-xhud qal li fit-18 ta’ Jannar matul il-lejl kien hu li wasslu l-isptar Mater Dei fejn dan litteralment ma kienx jaf x’inhu jagħmel fejn anke meta fuqu marru l-infermiera u t-tobba ma kienx fi stat tajjeb. F’ħin minnhom ġewwa l-isptar sa beda iħabbat rasu ma mejda.

Flimkien ma’ xhieda oħra li nzertaw fil-post tal-inċident u li xehdu quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, ix-xhud qal li l-akkużat mixli li qatel lil Kaya deher isteriku, jwaddab il-ġebel lejn il-vittma u lejn in-nies li kienu hemm, iħebb għalihom u jagħmel mossi ta’ ferħ wara dak kollu li ġara.

Fl-awla numru 10 li kienet ippakkjata bin-nies, fosthom il-ġenituri tal-vitmma, membri tal-familja tagħha, ħbieb u anke l-ambaxxatur Tork għal Malta, kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni ta’  ta’ Jeremie Camilleri ta’ 33 sena, residenti Ħal Lija, li qed jiffaċċja akkużi tal-qtil ta’ ċittadina Torka Pelin Kaya. Camilleri qed jiġi mixli bil-qtil tal-mara wara li saq il-karozza tiegħu għal ġo fiha, b’liema karozza spiċċat biex ħabtet f’ristorant tal-‘fast food’ fil-Gżira fit-18 ta’ Jannar loi għadda.

Jeremie Camilleri qed jiġi mixli b’14-il akkuża, bl-aktar waħda gravi tkun l-omiċidju ta’ Pelin Kaya, ta’ 30 sena. Camilleri jinsab akkużat ukoll li kkaġuna feriti gravi fil-konfront tal-vittma, li kkaġuna ħsara fil-ġisem tagħha, ikkaġuna ferita ħafifa fuq ċertu John Muscat u persuni oħra, għamel ħsara f’pompa tal-petrol, u li saq karozza b’mod perikoluż f’post pubbliku meta kien taħt l-effett tad-droga u xorb alkoħoliku.

Huwa qed jiġi mixli wkoll li attakka uffiċjali pubbliċi bi vjolenza, ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina u s-sustanza Diazepam u li kiser ordni ta’ probation.  Camilleri kien qed isuq karozza tal-għamla BMW meta tajjar lil Pelin Kaya, waqt li kienet miexja. 

Ħareġ mix-xhieda li kien hemm ġebel ma’ l-art u raw lill-akużat jgħajjar u ħafna nies madwaru u beda jħebb u jimbotta xi nies waqt li kien hemm persuna ma’ l-art. Naveed Khan, li jgħix Malta u li huwa mill-Pakistan qal li hu kien ċempel 112 għal għajnuna. Qal li hu kien fuq il-post u sema’ raġel iwissi lin-nies li kien hemm raġel li kien qed isawwat lil min isib quddiemu. Tenna li kien hemm persuna mitlufa minn sensiha u sema’ lil xi ħadd jgħajjat “this is my girlfriend’ għal darba darbtejn, u li besa jibki.

Qal li deher jippanikkja u għalhekk ħadu l-isptar, l-infermieri bdew jistaqsuh ħafna domandi u tobba l-isess, deher li kien mument diffiċli, tant li beda jħabbat rasu mal-mejda u kien diffiċli biex wieħed isabbru. Khan qal li hu kien għaddej mill-inħawi ta’ fejn hemm il-pompa tal-Petrol Station Paul And Rocco għall-ħabta tas-1.15am. Kien hemm ħafna ġebel mal-art u ra lill-akużat jgħajjar lil ħafna nies li kienu madwaru u beda wkoll jsawwat xi nies fl-inħawi ta’ fejn kien hemm persuna ma’ l-art u għalhekk ċempel 112.

Il-vittma wiċċha l-isfel

Tenna li kien hemm bejn 25 u 30 persuna f’ambjent ta’ paniku liema bħalu, u ħafna bdew jgħidu biex jibgħatu għal Pulizija. It-tfajla kienet fuq il-bankina  wiċċha l-isfel. Qal li beda jaġixxi qiesu jrid jiġġieled. Personalment hi ma rahx isawwat lil xi ħadd imma kien hemm min qallu li hekk beda jagħmel. Għall-ħabta tas-1.10am qal li ċempel lill-Pulizija.

Meta dawn ġew beda jiġġieled magħhom u kellhom iniżżluh bit-tasr gun. Beda il-ħin kollu jiġri lejhom u għal fuqhom. Tenna li hu beda jiġbed film bil-mobile tiegħu, u qal li kien hemm nies oħra li bdew jiffilmjaw.Huwa qal lill-Qorti li dak li ġibed għaddih lill-Pulizija. Il-Qorti wkoll talbitu kopja.

Xhud ieħor kien El Mahdi Hamouci, Marokkin, li wkoll jgħix Malta. Qal li hu kien ġej lura mill-isptar, fejn hemm kien dam xi ħames sigħat għal xejn u kien sejjer lura d-dar il-Gżira. Kien fejn l-istammilment KFC  għall-ħabta tas-1.15am. Tenna li ra lill-akkużat jgħajjat qiesu kien qiegħed il-ground u jattakka lin-nies. Beda jħebb għan-nies bil-ġebel u jwaddab il-ġebel fuq persuna ma’ l-art, li dak ilħin ma kienx jaf jekk kienx mara jew raġel,

Mill-viċin beda jwaddbilha l-ġebel u anke tefa ġebla fuq mara oħra, u min ipprova jgħin biex jara x’kien ġralha l-vittma, beda wkoll iwaddabblu l-ġebel. F’ħin minnhom l-akkużat għajjat “1, 2, 3 Viva l-Algerie’ u jiċċċelebra hekk kif kompla jattakka lin-nies.

Ix-xhud qal li hu kien ħasesb li kien Alġerin iżda wara sar jaf li propja hu Franċiż. Ix-xhud qal li kien qed jagħraf lill-imputat l-awla. Kompla jgħid li rah jiġġieled ma’ wieħed li kien f’kaorzza Peuguot, li kienet miexja bil-mod, din kienet 207 sewda, qal Hamouchi.  

Kif jista’ jkun xi ħadd iwettaq qtil u jiċċelebra

Kompla jgħid li kien hemm ġebel ma kullimiien u kien hemm ukoll ħafna ġebel ta’ kull daqas fejn il-BMW li kienet imdaħħla ġol KFC. Qal li jaħsem li kien hemm mal-200 ġebla. Huwa tenna li ħa xi filmati tal-inċidenti li beda jibgħathom lis-sid Lovin Malta. Kompla li ra lill-akkużat iwaddab ġebla kbira fuq il-vittma li wara skopra li kienet tfajla.

Kommoss ix-xhud qal; “ma nistax nifhem kif xi ħadd joqtol lil xi ħadd u jibda jiċċelbra. Kulħadd kien ixxukkjat qatt ma rajt xi ħaġa bħal din f’ħajti”. Tenna li kien hemm żewġ Maltin bdew jippruvaw jgħinu. Finalment qal ukoll li ra lill-akkużat jiġi mmanettjat mill-Pulziija u nies mediċi li waslu bl-ambullanza  jagħmlu CPR lit-tfajla. Ix-xhud kien mitlub ukoll biex jgħaddi l-filmati lill-Qorti u lill-partijiet konċernati.

Xhud ieħor kien Adrian Valletta, li qal li fit-18 ta’ Jannar li għadda kien għaddej bil-karozza mill-Gżira għall-ħabta tas-1.45am. direzzjoni Msida lejn Tas-Sliema u ċempel lill-Pulzija għax raġel miexi u beda jwaddab il-ġebel fuq tfajla li kien hemm ma’ l-art.

Huwa ma għarafx lil min kien qed iwaddab il-ġebel, imma jaf li kien twil. Qal li l-ġebel li beda jitfa’ kien qiesu konkrit. Ix-xhud qal li waqaf biex inċempel lill-Pulzija. Qal li ma rahx il-karozza dieħla fil-KFC imma kienet maħbuta hemm. Tenna li wara li ċempel lill-Pulizija telaq u kkonferma li kien hemm xi nies oħra u li lir-raġel rah jimxi l-isfel lejn il-KFC direzzjoni lejn tas-Sliema. Ma kienx hemm Pulzija dak il-ħin.

Xhud ieħor kien Isaac Zammit. Qal li kien faċċata ta’ fejn seħħ l-inċident jieħu kafe f’pastizzerija. Qal li ra karozza BMW niżla bla brejkijiet minn naħa tal-Gżira. Ma min kien qed jitkellem qallu li jaħseb li hemm persuna li ntlaqtet u dak li tajjarha kien ħareġ minn BMW u talab għal ilma. Ix-xhud qal li ċempilt għall-ambullanza, u dlonk ra lill-akkużat jaqbad jagħti ħafna nies u jwaqqaf il-karozzi.

Tenna li kien hemm raġel li meta mar biex jgħin lil mara li kien hemm ma’ l-art beda jsawwtu. “Kienu bejn 1am u 2am. jien naħdem bil-lejl u dejjem nieqaf għal kafe hemm.Beda jsawwat persuna li kien qed jaħsel il-karozza ħdejna, u lil dan qabad u tah daqqa ta’ ponn, dan wara li ġie ħdejna u talba lil ilma.

“Mar ħdejn ħanut tal-Indjani u hemm ukoll beda jagħti xi nies jagħti bil-ponn u jimbotta. Ma kellu xejn f’idejh. Meta ġie għal ilma kien diżorjentat, ġie għal ilma u ta daqqa ta’ ponn lil min kien hemm, u anke beda jgħajjat,” qal ix-xhud. Qal ukoll li ċempel 112 u waslet l-ambullanza u rahom jagħmlu is-CPR fuq il-vittma.

Tenna li hi kienet fuq il-bankina eżatt malli taqbeż il-KFC. Tenna wkoll li anke waddab xi ġebel lejn mara u li meta arreatawh hu telaq. Bħal ħafna qal li ħa video ukoll tal-BMW imdaħħla fil-KFC u tal-għoti tas-CPR. Qal li jifhem xi ftit fil-karozzi għax dilettant. Ikkonferma li ma semax breaks u baqa’ gġaddej bl-istess speed. Żgur kien isuq b’atar minn 80 kilometru fis-siegħa u wara li qabeż bankina, baqa’ dieħel fl-istabbiliment.

Fil-bidu tas-seduta l-Perit Robert Musumeci ppreżenta rapport li ħejja fil-mori tal-inkjesta dak inhar tal-inċident mit-3am. ‘l quddiem. Sadanittant Dr. Katya Vassallo ippreżentat stqarrija ta’ Jeremie Camilleri permezz tas-CD. Il-kumpilazzjoni se tkompli nhar it-Tnejn, 20 ta’ Marzu fis-1pm.u ġimgħa wara fis-27 ta’ Marzu fl-10am.

L-Ispettur Kurt Zahra qed imexxi l-Prosekuzzjoni bl-għajnuna tal-avukati tal-AĠ Kaylie Bonnett u Nathaniel Falzon.L-avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard.ed jirrappreżenta l-familja tal-vittma. Fl-awla, li hija ċkejkna, hemm numru sostanzjali ta’ nies mill-komunità Torka. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Alfred Abela u Renè Darmanin.