Lokali

MA JAPPELLAX: Ammissjoni li dan kien deal korrott u li sar bi frodi – PN

Hekk kif ftit minuti ilu għalaq it-terminu tal-appell fil-kawża tal-isptarijiet u l-Gverm ma appellax, Robert Abela qed jammetti u jaċċetta li dan kien deal korrott u frawdolenti. Dan wara li ilu għal snin twal jiddefendi dan id-deal.

Fid-dawl ta’ dan kollu, Robert Abela u sħabu m’għandhomx għażla oħra ħlief li jivvotaw favur il-mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni, li tikkundanna dan id-deal u tobbliga lill-Gvern biex jieħu kull pass ħalli jġib lura l-flus li ġejna misruqin.

Barra minhekk, il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin biex illejla fis-6pm jingħaqdu miegħu quddiem il-Parlament ħalli, b’vuċi waħda, jgħidu lill-Gvern li issa daqshekk.