Lokali Parlament

MILL-PARLAMENT: L-Oppożizzjoni toħroġ il-barra mill-Kamra

Ftit tal-ħin ilu wara dibattitu imqanqal fil-Kamra tad-Deputati l-Oppożizzjoni ħarġet il-barra mill-kamra.

Dan wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal lill-Ispeaker li l-Gvern qed jonqos lill-poplu kif ukoll seraqlu l-ħin li huwa jitkellem fil-Parlament u għalhekk iddeċidiet li ma tipparteċipax fil-vot tal-lum.

Bernard Grech saħaq li dan il-vot huwa parodija tad-demokrazija.