Lokali

MILL-PARLAMENT: Robert Abela jibqa’ jiddefendi d-deal ma’ Steward u jindika li l-Gvern se jivvota kontra l-mozzjoni biex il-poplu jingħata flusu lura

Abela jfaħħar is-servizz offrut minn Steward

Bħalissa fil-Parlament għaddej dibattitu jaħraq bejn iż-żewħ naħat tal-Kamra hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jiddfendi d-deal ma’ Steward Healthcare u jindika li se jivvota kontra l-mozzjoni biex il-poplu jingħata lura l-mijuni kollha li nsterqu minn dan id-deal.

Robert Abela akkuża lid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li gideb lill-Qorti fil-kawża tat-tliet sptariijet.

Fl-istess diskors il-Prim Ministru Robert Abela faħħar is-servizz li kien offrut minn Steward f”dawn l-aħħar snin…, servizz li ħalla l-Isptar San Luqa fi stat ta’ abbandun u ma sar xejn fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.