Sport Sport Ieħor

Para Darts: Bradley Zerafa jirbaħ il-ParaDarts Open Championship fl-Ungerija

Suċċess għall-atleta paralimpiku tad-darts Bradley Zerafa meta fl-ewwel esperjenza internazzjonali barra pajjiżna, Zerafa rebaħ il-Budapest ParaDarts Open Championship.

Fil-Budapest Honved Fencing Centre, wara li fil-fażi tal-gruppi Bradley Zerafa rebaħ bil-puntaġġ identiku ta’ 2-1, eventwalment rebaħ is-semi finali 3-1.

Zerafa ddomina il-finali kontra David Orban tal-Ungerija fejn rebaħ bl-iskor ta’ 4-0 . Istvan Kokai u Tibor Serenji temmew fit-tieni u tielet post rispettivament.

Zerafa s-sena li għaddiet ikkompeta wkoll fl-Open Internazzjonali tad-Darts li sar hawn Malta.