Futbol Sport

Partitarji Ġermaniżi jagħmlu rebus f’Napli

Tlett partitarji Ġermaniżi u ħames partritarji Taljani ġew arrestati wara l-incidenti li seħħew fit-toroq u pjazez ewlenin ta’ Napli qabel u wara l-partita mic-Champions League bejn Napoli u Eintracht Frankfurt.

Skont Alessandro Giuliano, responsabbli mis-sigurtà’ pubblika f’Napli, waqt l-istess inċidenti,sitt pulizija sfaw feruti minn partitarji ta’ Eintracht. B’kollox madwar 470 partitarju ta’ Eintracht Frankfurt mingħajr biljett għal partita ħonqu t-toroq ta’ Napli u għamlu ħerba minn dak li sabu quddiemhom fejn magħhom kien hemm wkoll partitarji ta’ Atalanta li għandhom ġemellaġġ mat-tim Ġermaniż.

Is-sindku ta’ Napli, Gaetano Manfredi qal li l-incidenti huma inaċċettabbli filwaqt li waqt diskussjoni f’seduta tal-parlament Taljan il-Ministru tal-Intern Matteo Piantedosi kien ikkritikat għall-mod kif l-istess partitarji daħlu l-Italja meta l-istess partita kienet ilha meqjusa mill-UEFA bħala waħda ta’ riskju kbir għall-ordni pubblika.