Brighton 1-0 Crystal Palace
It-tim immexxi mit-Taljan Roberto De Zerbi għeleb lil Crystal Palace 1-0 biex tela’ fis-seba’ post bi 42 punt daqs Liverpool iżda b’logħba inqas. Il-gowl tas-Seagulls wasal mal-kwarta logħob meta l-Gappuniż Kaoru Mitoma għadda pass lejn Solomon March li wara li avvanza b’xutt bix-xellug għeleb lil Whitworth b’dan ikun il-gowl li jagħti tliet punti lil Brighton.
Southampton 0-2 Brentford
Brentford komplew iżidu l-inkwiet għat-tim tl-aħħar post Southampton meta fis-St. Mary’s għelbuhom 2-0. Ivan Toney fetaħ liskor għal Bees fit-32 minuta wara li rċieva mingħand Christian Norgaard biex fis-seba’ minuta tal-ħin miżjud Yoane Wissa ssiġilla r-rebħa għal Brentford b’xutt mill-viċin wara ħarba minn tliet kwarti ta’ ground.
//= $special ?>