Sport Waterpolo

Rebħa dominanti fl-ewwel ħarġa taż-żgħażagħ Maltin

(Ritratt: Timmy Cutugno)

Stewart Said

MALTA ……………… 34

LATVJA……………….. 3

(7-0), (8-0), (11-2), (8-1)

Bidu faċli u kif mistenni għat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena fil-mira ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew. Ir-riżultat jitkellem waħdu. Iż-żgħażagħ Maltin iddominaw kull parti tal-logħba u saħansitra l-plejers kollha rnexxielhom iniżżlu isimhom fost l-iskorers kontra avversarji dgħajfa.

Seba’ gowls konsekuttivi fl-ewwel sessjoni kkaratterizzaw l-istorja tal-konfront. Il-captain Jayden Cutajar spikka b’żewġ gowls filwaqt li żewġ gowls oħra ġew skorjati minn sitwazzjoni ta’ superjorità numerika.

It-tim Malti kompla jżid il-vantaġġ fl-ewwel attakk tas-sessjoni permezz ta’ Luigi Dimech, biż-żgħażagħ Maltin ikomplu jkabbru r-riżultat parzjali għal 15-0 sa tmiem it-tieni sessjoni.

Evidentament il-logħba kellha faċċata waħda. Doppjetti ta’ Elijah Schembri, Julian Chircop u Jayden Cutajar kienu fost il-11-il gowl skorjat mit-tim Malti fit-tielet sessjoni.

L-unika konsolazzjoni għall-avversarji waslet lejn nofs is-sessjoni, bl-ewwel żewġ gowls skorjati minn Nikita Jegorovs u Marjans Mihnovics, gowls li ġew skorjati wara 21 gowl konsekuttiv tat-tim Malti.

Fl-aħħar sessjoni, Malta skorjat tmien darbiet oħra wara t-tielet gowl tal-Latvja fosthom doppjetti ta’ Sam Engerer, Julian Chircop u Elijah Schembri, b’tal-aħħar itemm bħala l-aqwa skorer tal-logħba.

Malta: Z. Dzanovic, S. Engerer (4), J. Valletta (1), G. Bonavia (1), J. Cassar (3), D. Bugeja (3), Z. Cutajar Licari (1), J. Cutajar (5), E. Schembri (6), J. Chircop (5), L. Dimech (4), E. Mallia (1), I. Schembri

Latvja: A. Ovlascenko, A. Kopitovs, V. Levsuks, M. Pasko, D. Grinovs, D. Ivanovs, N. Pasko (1), N. Jegorovs (1), K. Saveljevs, M. Mihnovics (1), A. Blusins

Referees: Rok Vehovek (Slovenja), Paul Kovacs (Awstrija)

Riżultati

Illum

Slovakkja v Renju Unit    15-12

Malta v Latvja                 34-3

Logħob li jmiss

Għada

Latvja v Slovakkja            5.00pm

Malta v Polonja               6.30pm