Lokali

RITRATTI: Folla kbira twieġeb għas-sejħa tal-PN

Numru kbir ta’ persuni wieġbu għas-sejħa tal-Partit Nazzjonalista hekk kif il-Ħamis saret protesta quddiem il-bini tal-Parlament bit-tema “Tuna flusna lura”.

In-nies li nġabru barra l-Parlament esprimew ir-rabja tagħhom għat-tmexxija ta’ Robert Abela, u kkundannaw id-deal tal-isptarijiet li Abela stess baqa’ jiddefendi f’dawn it-tliet snin.

Ritratti: Matthew Tabone/Joseph Galea