Lokali

“Robert Abela jibqa’ kompliċi ma’ Vitals u Steward fil-frodi, is-serq u t-tixħim” – PN

Illejla fil-Parlament Robert Abela bil-vot tiegħu kkonferma li hu kompliċi ma’ Vitals u Steward fil-frodi, is-serq u t-tixħim fil-każ tal-bejgħ tal-isptartijiet pubbliċi lil Vitals u Steward.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li Robert Abela llejla għamel aktar minn siegħa jiddefendi b’ruħu u b’ġismu d-deal korrott u frodist li għamlu Joseph Muscat, Chris Fearne, Konrad Mizzi, Chris Cardona, Keith Schemrbi u Edward Scicluna ma’ Vitals u Steward.

Robert Abela kkonferma li hu kompliċi ma’ Steward biex il-proċeduri fil-Qorti jitwalu minflok ma jiżgura li minn issa jibda jfittex lil Vitals u Steward biex jirkupra l-erba’ mitt miljun (€400,000,000) li tħallsu lilhom bi frodi.

Illejla Robert Abela kkonferma li hu eżatt bħal ta’ qablu: fil-mument tal-prova għażel li jipproteġi lill-kriminali u lill-frodisti minflok ma jiddefendi l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin.