Sport Sport Ieħor

Table Tennis: Alpha Gewo jirbħu lil HITT Academy Kyte Consultants f’logħba missielta

Mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-Table Tennis HITT Academy Home Trends u MITTC Butterfly kisbu skor identiku ta’ 5-1 kontra Mosta Gunners u HITT Academy Valletta.

Mill-banda l-oħra, Alpha Gewo kellhom logħba kumbattuta kontra HITT Academy Kyte Consultants b’ta l-ewwel jirbħu 4-2.

Fit-tieni diviżjoni, kellna ħames partiti fejn Top Spin TT Academy Hexer u MITT Butterfly Rozena xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil HITT Academy ITX u Top Spin TT Academy Supercores bl-istess skor ta’ 4-3.

Fl-istess waqt, kellna HITT Academy Legends, MITTC Butterfly Angela Bajada u Alpha Calleja Ltd rebħu bl-istess skor ta’ 4-2 kontra Alpha Sensus, HITT Academy FXP u PBC Table Tennis Blue Fire rispettivament.