Lokali

Titfakkar il-memorja ta’ Pelin Kaya – plakka kommemorattiva fil-post fejn inqatlet

Xena ta’ qsim il-qalb hekk kif omm Pelin Kaya, flimkien ma’ qraba u ħbieb taż-żagħżugħa, inġabru fil-post fejn inqatlet fejn tpoġġew bukketti ta’ fjuri filwaqt li nfetħet plakka b’memorja għaliha.

Omm Pelin qattgħet xi ħin fil-post fejn ħadnet magħha ritratt ta’ bintha waqt li tibki għat-telfa ta’ bintha.

Oħt Pelin appellat biex issir ġustizzja għal dak li seħħ.

Mument partikolari kien il-mument li l-Kappillan tal-lokalità flimkien mal-Imam ngħaqdu flimkien fit-talb għal ruħ Pelin Kaya.

Intant, iktar kmieni ġew imħawla għad ta’ siġar b’memorja għal Pelin Kaya fi Ġnien il-Kunsill tal-Ewropa, fil-Gżira… propju ftit passi ‘l bogħod minn fejn inqatlet iż-żagħżugħa. Preżenti, fost l-oħrajn kien hemm omm Jean Paul Sofia.

It-tfajla Torka kienet inqatlet b’daqqa ta’ karozza viċin l-istabbiliment tal-KFC, b’Jeremie Camilleri qed jaffaċja akkużi ta’ qtil taż-żagħżugħa.