Futbol Sport

UEFA Champions League: Real Madrid u Napoli l-aħħar li jikkwalifikaw għall-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

Real Madrid u Napoli kif kien mistenni kienu l-aħħar żewġ timijiet li għaddew mal-aħħar tmienja tal-UEFA Champions League. It-tnejn kellhom riżultati vantaġġużi wara l-ewwel legs u lbieraħ ikkonfermaw b’rebħiet oħra.

Fi Stadio Santiago Bernabeu Liverpool riedu jwettqu rimonta mirakoluża wara t-telfa ta’ 2-5 f’Anfield iżda dan ma seħħx għaliex Real qatt ma ċedew pulzier u rebħu l-konfront b’gowl fit-tieni taqsima ta’ Benzema biex għaddew b’aggregate t’ 6-2, f’dik li kienet ripetizzjoni tal-final tal-istaġun li għadda f’Pariġi.

Fi Stadio Diego Armando Maradona Napoli komplew jimpressjonaw u għelbu lil Eintracht Frankfurt 3-0 biex għaddew b’aggregate ta’ 5-0. Għal Napoli doppjetta tas-solitu Osimhen u t-tielet goal minn penalty skorjat minn Zielinski.

Plejers ta’ Napoli jiċċelebraw il-kwalifikazzjoni għall-Kwarti tal-Finali (Ritratt: EPA)

Riżultati:

Napoli 3-0 Eintracht

Real Madrid 1-0 Liverpool