Lokali

Abela jipprova jgiddeb lil kulħadd inkluż lil Qorti u lil Joseph Muscat

Mhux talli l-Prim MInistru Robert Abela qiegħed jiżgwida għal kollox lill-poplu Malti u Għawdxi billi jgiddeb lill-Partit Nazzjonalista iżda saħansitra issa spiċċa jgiddeb lill-Qorti nfisha.

Kienet din l-ewwel reazzjoni ta’ Robert Abela hekk kif il-Ħamis filgħaxija ħareġ mill-Parlament wara s-suppost diskussjoni – li ma kienet diskussjoni xejn – fil-Kamra tar-Rappreżentanti.

Minkejja dak li qal Abela, il-fatti huma ċari – fis-sentenza li ta l-Imħallef Francesco Depasquale jingħad iswed fuq l-abjad li l-Qorti tinsab mħassba bl-aġir tal-Gvern, u insistiet li kellu l-obbligu jwaqqa’ l-kuntratti li kellu ma’ Vitals.

Ftit tal-minuti wara, wara mixja sal-Berġa ta’ Kastilja taħt xita ta’ ċekkijiet, Abela għal darb’oħra reġa prova jdawwar is-sewwa magħruf.

Il-verita hija din: fil-paragrafi 502 u 506 il-Qorti tisħaq illi ma tistax tifhem kif il-Gvern daħal għall-obbligu ta’ €100 miljun ma’ ta’ Steward u li it-trasferiment bejn Vitals u Steward kellu jitwaqqaf mill-Gvern stess.

Dan kollu seħħ fi żmien meta Abela stess kien fdat minn Joseph Muscat biex jissorvelja kollox.

U b’mod surrealment, wara l-kundanna mill-Qorti, Robert Abela baqa’ jfaħħar u jiddefendi lil Steward Healthcare.

Sa nhar il-Ħadd li għadda, fuq is-Super One, il-Prim Ministru innifsu ftaħar kif fl-2020 kien għamel stock take ta’ x’kien miftiehem ma’ Steward. U fi kliem sempliċi, hu kien jaf b’kollox.

Minn naħa tiegħu, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, meta ġie mistoqsi għalfejn il-Gvern baqa’ joħroġ il-flus lil Steward farfarha fuq ħaddieħor…u insista li kollox kien twettaq bi qbil fil-Kabinett.