Futbol Sport

Crystal Palace ikeċċu lil Patrick Vieira

(Ritratt: EPA)

Wara biss 18-il xahar, Crystal Palace temmew l-avventura ta’ Patrick Vieira bħala kowċ tal-iskwadra ewlenija.

Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li Palace issa ilhom 12-il logħba mingħajr rebħa, bl-aħħar rebħa tmur lura għall-31 ta’ Diċembru meta dakinhar għelbu lil Bournemouth 2-0 barra minn darhom.

F’dan il-perjodu huma kienu eleiminati wkoll mill-F.A. Cup kontra t-tim li jinsab fl-aħħar post tal-Premier League Ingliż Southampton.

Vieira ħa post Roy Hodgson fis-sajf tal-2021 u mexxa lil Crystal Palace sat-12-il post fl-istaġun li għadda.