Internazzjonali

FRANZA: Jikbru l-protesti minħabba l-liġi li ressaq Macron

Ritratt: CNN

Kaos kbir fil-Parlament Franċiż hekk kif il-President Emmanuel Macron uża setgħat Kostituzzjonali speċjali biex jgħaddi abbozz ta’ liġi xejn popolari dwar il-pensjonijiet, illi għandu l-għan li jgħolli l-età tal-irtirar minn 62 għal 64 sena.

Fl-assemblea nazzjonali instema’ ibbujjar u kant mill-politiċi tal-oppożizzjoni hekk kif membri parlamentari tax-xellug kantaw linji mill-innu nazzjonali b’reazzjoni għall-aħbar li l-leġiżlazzjoni setgħet tgħaddi mingħajr il-ħtieġa ta’ vot.

Il-mossa mill-gvern qanqlet ukoll reazzjoni ħarxa mill-pubbliku.

Madwar 7,000 ruħ ħarġu jipprotestaw kontra l-bidliet proposti fil-pensjonijiet f’rally spontanju fi Place de la Concorde f’Pariġi – madwar ix-xmara Seine.

Rapporti qed jindikaw li l-pulizija sparaw gass tad-dmugħ u użaw kanuni tal-ilma biex iferrqu lin-nies, filwaqt li xi dimostranti li ġew arrestati garaw ġebel lejn uffiċjali.