Il-Ħamis għall-ħabta tas-7pm, il-Pulizija ġiet infurmata li seħħet serqa minn ħanut fi Triq is-Silla, Marsaskala.
Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija jidher li żewġ persuni waqfu quddiem il-ħanut, b’wieħed minnhom daħal ġewwa u talab il-flus lill-kaxxier, waqt li l-persuna l-oħra baqgħet tistenna barra.
Il-ħallelin ħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa.
Il-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>