Lokali

Il-Labour isejjaħ konferenza u ma jgħidux x’investiment sar u min minnhom se jġorr responsabbiltà

Paniku, tidwir tal-kliem…u sussegwentament skiet.

Hija din ir-reazzjoni tal-Partit Laburista meta l-Ġimgħa filgħodu, l-għada li l-Prim Ministru Robert Abela ħareġ għonqu għal Steward ġewwa u barra l-Parlament, sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet.

Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard flimkien ma’ dak li laħaq deputat parlamentari ftit tal-jiem wara l-elezzjoni ġenerali…mingħajr ma qatt ikkontesta elezzjoni – Randolph De Battista … attakkaw lill-Partit Nazzjonalista. Dan filwaqt li baqgħu jiddefendu lil Steward HealthCare.

Net News staqsa d-domanda li tiġi awtomatika – min se jerfa’ responsabbilità għal dan id-deal li ġie kundannat mill-Qorti, bil-Ministru jisħaq li l-Gvern qed jieħu passi serji.

Net News staqsa għalfejn il-Membri tal-Kabinett fl-2017, uħud minnhom membri attivi fil-Kabinett attwali – inkluż il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu…qablu mat-trasferiment bejn Vitals u Steward.

Filwaqt li staqsejna kif se nieħdu l-miljuni tal-ewro lura…u x’investiment ħallew warajhom Vitals u Steward Healthcare….il-Ministru ma wieġeb assolutament xejn.