Fi kliem il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard, il-Prim Ministru Robert Abela huwa serju. Dan filwaqt illi insista li minkejja l-iskandlu tal-isptarijiet “se jibqgħu iħarsu ‘l quddiem.”
Dan qalu l-Ministru Jonathan Attard li llum indirizza konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista flimkien mad-deputat Randolph Debattista.
Attard irrepeta n-narrattiva tal-Prim Ministru u kompla jiddefendi l-ħafna xogħol li skont il-Labour sar minn Steward fl-aħħar snin.
Id-deputat Randolph Debattista minn naħa tiegħu qal li l-Gvern se jibqa’ jaħdem fl-interess nazzjonali.
F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, id-deputati tal-Gvern allegaw li fil-Parlament ġew provokati – mingħajr ma qalu kif.
//= $special ?>