Lokali

Inawgurat proġett ta’ riġenerazzjoni tal-pjazza tal-Munxar

Ilbierah ġie nawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Munxar.

Dan l-investiment laħħaq il-miljun ewro u huwa l-akbar proġett infrastrutturali li qatt ġie amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Munxar.

Is-Sindku tal-Munxar Damien Spiteri spjega kif il-proġett kien jikkonsisti fil-pavimentar taz-zona, il-bini ta’ ġibjun, bini ta’ culverts għall-qugħ tal-ilma, inklużjoni ta’ sistema ta’ rrigazzjoni, tħawwil ta’ siġar kif ukoll installazzjoni ta’ sistema totalment ġdida tad-dawl.

Is-Sindku wera s-sodisfazzjon li issa l-Munxar għandu Pjazza li tixraqlu u li tista titgawda mill-Munxarin.