Il-Ministru tad-Difiża tar-Russja, Sergei Shoigu, ippremja bil-midalji lill-piloti li kienu involuti fl-inċident ta’ jiem ilu fuq il-Baħar l-Iswed u li fih iġġarraf Reaper drone tal-Istati Uniti.
Il-premjazzjoni qed titqies bħala sfida diretta lill-Istati Uniti u l-Punent, meta l-Amerikani qegħdin jikkundannaw bla riservi l-azzjonijiet tar-Russi fil-konfront tad-drone ….Azzjoniijiet li fi kliem l-Istati Uniti kellhom iseħħu ‘mingħajr ħsieb għall-konsegwenzi’ .
Iżda waqt li Washington qed jgħid li jet-fighter tar-Russja, tat-tip Su-27, kien ħabat ma’ parti mid-drone li spiċċa fil-baħar ftit wara, ir-Russja insistiet li d-drone inqered wara li żviluppa l-problemi tekniċi waqt li bl-ebda mod mhi qed tassumi ħjiel ta’ responsabbiltà għall-inċident.
//= $special ?>