Lokali Qorti

“L-allegata vittma kienet tibdel ix-xift biex tkun xogħol mal-akkużat” tgħid id-difiża bis-sentenza tal-ġuri se tingħata t-Tnejn

Hekk kif il-ġuri riesaq lejn tmiemu bil-Prosekuzzjoni u d-Difiża jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom fuq każ ta’ stupru, l-Avukat Angele Vella għall-Avukat Ġenerali qalet li l-akkużat, eks Kuntistabbli jaħseb li hu “untouchable” u li għadda lill-vittma minn martirju u stupraha darbtejn ħames snin ilu filwaqt li l-Avukat Franco Debono qal li l-vittma ma tistax titwemmen.

“Kif din tista’ titwemmen meta din kienet tkun xogħol Paceville u tibdel ix-xift biex tkun xogħol mal-persuna li qed tgħid li stupraha.”  Prova oħra relevanti li ma teżistiex qal l-Avukat Debono, hi li lanqas biss marret għand tabib u ġabet ċertifkat mediku.

Bl-aħħar kelma tkun tad-difiża il-Qorti li ppresediet il-ġuri bla ġurati qalet li se tkun qed tagħti s-sentenza nhar it-Tnejn fis-1.00pm. Fil-frattemp l-akkużat ta’ 33 sena minn Ħaż-Żabbar li kien barra fuq pleġġ se jibqa’ arrestat sa l-għoti tas-sentenza, jkun xi jkun l-eżitu tagħha. Il-ġuri sar bla ġurati u beda nhar it-Tlieta li għaddew.

L-Avukat Angele Vella minn naħa tagħha qalet li l-eks Kuntistabbli tal-Pulizija għandu jinstab ħati ta’ stupru u tal-akkużi kollha miġjubin kontrih u temmen lil-piena m’għandhiex tmur lejn il-minimu għax f’dan il-każ għandek Pulizija li suppost qiegħed jipproteġik u jipprevjeni atti bħal dawn lis-soċjetà hemm barra.

Qalet li kull stupru huwa ikrah li l-vittma ma tista’ tinsa qatt, iżda ttenni li l-piena għandha tirrifletti fuq il-fatt li l-Pulizija stupra Pulizija oħra. Il-Prosekuzzjoni qalet li temmen li kien hemm fastidju fuq il-post tax-xogħol u li qatt ma kien hemm kunsens u li l-ewwel allegata vittma li spiċċat stupratra sofriet minn “fear and shame” u din kienet ir-raġuni li damet ma tkellmet.

Fil-fatt qalet li l-anqas tkellmet mal-għarus tagħha. L-Avukat Vella qalet li t-tieni vittma kienet ukoll vittma ta’ fastidju sesswali għalkemm, l-akkużat ma wasalx sa fejn kellu jasal, kif wasal mal-ewwel waħda iżda l-ħsieb hemm kien meta dan biesha fejn ‘vending machine’, bagħatilha rigward il-weekend break u eżempji oħra.  

Irrappurtaw flimkien fuq l-istupri u fastidju sesswali

Dr Vella qalet ukoll li bejn iż-żewġ vittmi ma kien hemm l-ebda għira. Huma kellhom ‘working relationship’ u fil-fatt dawn irrappurtaw flimkien l-istrupri u l-fastidju sesswali. Il-Prosekutur iddeskriviet lill-eks Kuntistabbli tal-Pulizija bħala wieħed li  jaħseb li “ħadd ma jista’ jmissu” għax kien bl-uniformi. L-Avukat Angele Vella, li qed tmexxi flimkien mal-avukat Darlene Grima, għamlet is-sottomissjonijiet finali hekk kif il-ġuri daħal fir-raba’ jum tiegħu.

Hija enfasizzat dak li qalet huwa l-ħsieb bir-reqqa li l-akkużat kien għamel biex jgħatti s-traċċi tiegħu, filwaqt li rrimarkat lill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li l-imputat fil-fatt mhux ma kienx jibgħat messaġġi lill-vittmi, li kienu jħallu traċċi diġitali iżda kien se jikteb biss. lilhom fuq il-mobile tiegħu iżda biss jurihom lilhom.

Il-Prosekutur iddeskriviet lill-imputat bħala “ġgant ta’ 27 sena,” u li kien  jaf x’toffri l-ħajja aktar mill-vittma li dak iż-żmien kienet kellha biss 22 sena.  “Hu kaxkarha minn driegħ fil-kamra tas-Surġent. Imma qabel dan… hekk ma beżax… talab sess orali u hi qaltlu le, li kellha sieħeb u iben u ma kellhiex bżonn dak kollu.”

“Ġibidha jew kaxkarha?… Ġibidha u kaxkarha! Wara li talabha sess orali!” “Imma s-sess orali ma kienx biżżejjed għalih,” qalet il-Prosekutur, filwaqt li saħqet li l-allegata vittma kienet diġà neħħielha ċ-ċinturin minħabba li kienet ġewwa l-Għassa, li għamilha aktar faċli għalih biex iniżżel il-qalziet u l-ħwejjeġ ta’ taħt. “Ladarba kien beda ma kienx se jieqaf.”“Kien għaqli. Hu ma eġakulax ġewwa fiha… kien attent li ma jħallix evidenza warajha.”

L-Avukat Vella rrimarkat li l-imputat innifsu kien uża t-theddida ta’ bord ta’ dixxiplina biex issottometta psikoloġikament lill-mara. “Hu kien qed jissottomettiha għall-intimidazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħha, iwissiha biex ma tgħid lil ħadd, qalilha li hu s-Surġent tagħha, anke jekk ma kienx. Hija ma kellha lil ħadd biex jgħinha, għax ħadd mill-kollegi tagħha ma għenha.”

Il-prosekutur saħqet li r-raġel kien ta fastidju lill-uffiċjal mara. “Ma kienx biss fastidju sesswali, iżda fastidju b’mod ġenerali fuq il-post tax-xogħol,” hi qalet.  Vella rrimarkat li s-Surġent li kien qed jaħdem magħhom f’wieħed mix-xifts ta’ bil-lejl kien l-ewwel sostna li kellu ngħas wara li ħa mediċina għal riħ li kellu waqt il-ġuri. “Ħames snin wara ftakar li kien ħa din il-mediċina.”

Il-Prosekuzzjoni qalet li li l-akkużat kellu ħafna nisa, imma ma qalitx kemm kellha rġiel hi

Waqt il-kontro-replika Franco Debono qal li mis-sottomissjonijiet li għamlet il-Prosekuzzjoni ma ppruvat xejn li l-akkużat għamel dak li qed jiġi allegat li għamel u li intefa ħafna tajn li l-akkużat kellu ħafna nisa. “Il-fatt li l-allegata vitma ta’ stupru kellha xi rġiel minkejja li kellha sieħeb, dak ma jimpurtax, qal l-Avukat Debono.

Il-fatt li kienet titbewwes ma wieħed jismu Roderick u kien jgħaddi għaliha xi ħadd, dan ma jimpurtax.  Li lil Pulizija, li dak inhar tal-allegat stupru mar jorqodf  fl-Għassa stess, setgħet tħallih imqajjem? Staqsa l-Avukat. Jew tgħidlu llum torqodx għax qed nibża, lanqas?. Ma setgħetx tagħmel hekk? L-Avukat Debono. Semma wkoll ittra dwar it-talba li qalet li għamlet biex tiġi trasferita, u lanqas biss bagħtitha, lanqas biss ġiet esebita fl-atti.

Kien jintimida u jgħidilha li kien s-Surġent tagħha u fil-ġuri ma ġiex wieħed li jgħid li kien jgħidilha dan id-diskors. “Għandna nemmnu li ma’ l-Ispettur li kkoreġita kien tgħid fuqha u taqlaqha u anke meta Surġent talabha tagħmel xi ħaġa, sempliċiment tneħħi barrikata, kelmitu ħażin.

Anke il-fatt li l-vittma qalet li ma rrappurtatx għax l-akkużat kien jheddida li se jispiċċa jgħaddiha bord, allura jekk din ġiet stuprata tibża titkellem minħabba bord? Kien hawn li l-Avukat Debono li staqsa kif din kienet li tibdel ix-xift u mhux m’għamlet xejn biex tevitah, imma biex taħdem miegħu, mal-persuna li stupraha u mmolestha.

Il-bon sens li persuna li qed tiġi stuprata biex tmur xogħol Paceville imma tkun xogħol ma’ min stupraha. Mhux hekk biss, anke meta kien hemm ikla fejn kienu irġiel biss, fejn kien hemm hu, din marret ukoll. Tenna wkoll li l-Prosekuzzjoni ddeskrivit lill-akkużat bħala ġolf, meta dan mhux minnu, speċjalment meta ħames snin ilu meta allkegatament seħħ il-każ, kif ħafna rqaq milli hu llum.

L-akkużi

L-eks Kuntistabbli tal-Pulizija qed jiġi akkużat li fi Frar tal-2018 u xahar wara stupra Kuntistabbli tal-Pulizija oħra fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Qed jiġi mixli li fis-16 ta’ Frar ta’ ħames snin ilu stupra liż-żagħżugħa li kellha 22 sena u li tliet ġimgħat wara reġa’ kkommetta l-istess reat fl-istess Għassa tal-Pulizija. Din l-allegata vittma telqet mill-Korp sena ilu.

L-akkuża tgħid li wara li sar it-tieni stupru l-akkużat wettaq atti ndiċenti fl-Għassa tal-Pulizija u li ġranet wara ttanta Kuntistabbli oħra tal-Pulizija, li minn dak inhar ‘l hawn ħadet promozzjoni, fejn din irrappurtatu kif irrappurtat ukoll l-istupra għal darba dartejn lill-kollega tagħha.

Ir-raġel jiġi mixli wkoll li arresta u ssekwestra lill-vittma kontra l-volontà tagħha, li kkommetta fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol Il-Kuntistabbli qed jiġi mixli wkoll li wettaq reat li kellu d-dmir li jimpedixxi bħala uffiċjal fil-Korp tal-Pulizija. Il-Prosekuzzjoni qed titlob lill-Qorti biex f’każ ta’ ħtija huwa jiġi kkundannat bejn ħamsa u 40 sena ħabs.

L-Att tal-Akkuża tgħid li l-vittma ta’ stupru kienet issieħbet fil-Korp tal-Pulizija fl-2015 bħala Kuntistabbli u ġiet stazzjonata fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida. Hija kienet kuntenta ħafna fuq il-post tax-xogħol u bdiet tippjana sabiex tibni familja, tant li fl-2016 kellha tarbija flimkien mas-sieħeb tagħha.

L-akkuża tgħid ukoll li f’April tal-2017 l-akkużat beda jaħdem l-istess shift magħha, fatt li ssarraf f’għawġ kbir għall-vittma. Minkejja li għal bidu l-akkużat beda jġib ruħu b’mod normali fil-konfront tagħha, wara sitt xhur beda jieħu kunfidenza żejda u jittantaha sesswalment.

L-akkuża tgħid ukoll li minkejja li hi għamlitilu ċara li ma kenitx interessata fih u li kellha sieħeb, u saħansitra tarbija, l-akkużat baqa’ jippersisti b’dan l-aġir tiegħu tant li fit-30 ta’ Ottubru 2017, filwaqt li qalilha “ejja ħa nurik x’naf jien!” biesha fil-forza kontra r-riedha tagħha. Dan l-aġir abbużiv kollu seħħ fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida.

Minn dak inhar, tkompli tgħid l-akkuża, l-Kuntistabbli baqa’ jittanta lill-kollega b’mod goff, billi jaqbdilha l-warrani u sidirha meta jsib ruħu waħdu magħha fuq il-post tax-xogħol, dejjem kontra r-rieda u l-volontà tagħha. L-akkuża tgħid li fis-16 ta’ Frar, 2018, l-aġir abbużiv u llegali tal-akkużat ħa dimensjoni ferm aktar serja. Għall-ħabta tas-6.30pm. waqt li l-akkużat u l-vittma kienu waħdehom l-Għassa tal-Pulizija, hu talabha biex tagħmel is-sess orali fuqu.

It-tfajla rriffjutat, u f’dan il-ħin qabadha minn idha u ġibidha l-ġewwa bil-forza, pprova jistupraha u hi bdiet tgħidlu biex jieqaf u rreżistiet kemm felħet biex ma tiġix stuprata, hawn hu dawwarha bil-forza biex ġiet dahra lejh, baxxiha għal fuq il-mejda, u stupraha.

L-akkuża tgħid li x’ħin inqeda biżżejjed beda jimmasturba lilu nniffsu u ma jimsaħ il-ħmieġ li ħalla permezz ta’ mopp. Wara li seħħ dan l-episodju, l-akkużat, qed tgħid il-Prosekuzzjoni hu adotta komportament patronanti u kemmxejn aggressivfil-konfront tagħha fuq ix-xogħol sakemm fis-7 ta’ Marzu, 2018, reġa’ stupra lill-vittma bl-istess mod.

Hi kienet xogħol ‘night watch’ fl-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, flimkien mal-akkużat, Kuntistabbli ieħor u Surġent. Għall-ħabta tat-3am. is-Surġent mar jistrieħ id-dar għax filgħodu kellu xi xogħol il-Qorti filwaqt li l-Kuntistabbli l-ieħor ma jieħu nagħsa fuq is-sufan fejn l-Kuntistabbli allegarament stupra lil mara, l-ewwel darba.

L-akkużat kien diġa pprova jittanta lill-Kuntistabbli kollega vittma ftit qabel, iżda għall-ħabta tat-3.30am. mar ħdejha, ġibidha minn idejha bil-forza għal għol kitchenette tal-Għassa, dawwarha wiċċha lejn is-sink, b’mod li ma setgħetx taħrab, reġa’ għamel l-istess bħal ma għamel l-ewwel darba.

L-att tal-akkuża tgħid ukoll li xi ġranet wara, pprova jittanta Pulzjotta żagħżugħa oħra, kollega tal-vittma, u din għamlet rapport dwar dak kollu li ġara lis-superjuri tagħha. Meta kien interrogat l-ewwel darba mill-Pulizija, kien ammetta li kellu x’jaqsam sesswalment mat-tfajla, iżda dan kollu kien sar bil-kunsens tagħha, anzi qal li kienet tħajjru u tinstigah għas-sess.

Madankollu fid-19 ta’ Marzu tal-2018, fi stqarrija oħra, fil-preżenza tal-avukat tiegħu, skara dak li kien qal u tenna li għal darbtejn kellu x’jaqsam mal-Kuntistabblu mara, kontra r-rieda tagħha u li xtaq jitlobha skuża għas-sofferenza li kkaġunalha.

Din it-tieni stqarrija ġiet skartata imma mill-Qorti nhar il-Ħamis wara talba mid-difiża għax it-twissija ma kinitx ingħata lilu skont il-liġi ta’ dak iż-żmien, liema liġi kienet ġiet emendata fl-2016. Għall-akkużat qed jidhru l-Avukati Franco Debono u Edward Gatt. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukati Angele Vella u Darlene Grima.

L-Avukati Lara Dimitriyevic u Stephanie Caruana qed jidhru għall-vittmi. L-investigazzjoinijiet tal-Pulizija kienu tmexxew mill-Ispetturi Joseph Busuttil mit-taqsima tal-Vice-Squad u Mark Mercieca.