Futbol Sport

Premier League Ingliż: Rebħa fl-aħħar minuti għal Newcastle kontra Nott. Forest

Nott. Forest 1-2 Newcastle

Newcastle United komplew il-forma tajba tagħhom b’rebħa missielta kontra Nottingham Forest bl-iskor finali jkun 2-1. Gowl fl-aħħar minuti minn Alexander Isak sabiex jagħti r-rebħa lil Newcastle u sabiex kiseb id-doppjetta personali tiegħu.

Kienu Nottingham Forest li fetħu l-iskor wara 25 minuta permezz ta’ Emmanuel Dennis b’konklużjoni minn ġol-kaxxa l-kbira minn pass ta’ Shelvey.

Newcastle kisbu d-draw ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Alexander Isak sab ix-xibka minn kross preċiż ta’ Willock.

Fil-95 minuta Alexander Isak skorja t-tieni gowl personali tiegħu sabiex jikseb ir-rebħa għal Newcastle United. Kieran Trippier sab lil Isak fil-kaxxa bl-attakkant Żvediż ma jaħferx u jitfa’ ġewwa.