Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi

Kmieni l-Ġimgħa filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’ħabta bejn mutur u karozza fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fi Triq il-Keffa, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda CBF125 misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Passo misjuqa minn raġel ta’ 88 sena, residenti s-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.