Lokali

Robert Abela jiddefendi lil Steward u jattakka lil Adrian Delia

Waqt li fuq barra kienet għaddejja l-protesta biex il-poplu jieħu lura l-miljuni li nsterqu mill-isptarijiet….fil-Parlament, Robert Abela baqa’ jiddefendi l-kumpanija Steward. U insista li mhux veru li ħarbu bi flus il-poplu.

Fis-seduta specjali tal-Ħamis, Abela saħaq li sal-aħħar tas-sena li għaddiet il-Gvern ta mal-€250 miljun lil Steward ..għal dak li ddeskriva bħala servizz impekkabbli.

Il-Prim Ministru insista li Steward Healthcare wettqu l-investimenti….minkejja li fis-sentenza tal-Qorti f’paragrafu 441 l-Qorti tisħaq iswed fuq l-abjad li fost oħrajn fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ir-rinovazzjonijiet kienu għadhom ma tlestewx. Għalkemm it-toilet tat-telephone operator kien tlesta.

Abela stqarr illi s-sentenza li tat lura l-isptarijiet lill-poplu grazzi għall-kawża miftuħa mid-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia qatgħatlu l-poter minn fuq Steward; minkejja li l-Gvern tal-Labour kellu 8 snin sabiex jiddeċiedi favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Filwaqt li Robert Abela saħaq li se jkun qiegħed jitlob lill-Awditur Ġenerali sabiex jara fejn marru l-flus li taw lil Steward Healthcare…minkejja li diġà hemm rapport maħruġ mill-NAO b’rabta ma’ dan il-każ..il-Prim Ministru nfexx f’tgħajjir u gideb fil-konfront tal-istess Adrian Delia. Dan wara li uża l-privileġġ parlamentari u għajjar lid-Deputat Nazzjonalista giddieb mal-qorti….bid-Deputati tal-Labour issa qed jiċħdu s-sewwa magħruf, u spiccaw idawru ghemilhom fuq il-Partit Nazzjonalista.