Sassuolo 1-0 Spezia
Fil-MAPEI Stadium, Sassuolo għelbu lil Spezia bl-unika gowl jasal fil-71 mill-attakkant Domenico Berardi.
Il-gowl wasal permezz ta’ penalty minn handsball kommess minn Amain. Domenico Berardi kien inkarigat mill-penalty u sab ix-xibka bil-konklużjoni tiegħu tmur taħt Consigli.
Atalanta 2-1 Empoli
Atalanta dawwru telfa f’rebħa b’żewġ gowls fit-tieni taqsima.
Empoli ħasdu lill-avversarju tagħhom b’gowl ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Tyronee Ebuehi li għeleb lil Musso b’konklużjoni fil-baxx minn kross ta’ Ruggieri.
Atalanta kisbu d-draw fit-58 minuta b’gowl minn Marten De Roon li wasal minn pass ta’ Ruggieri.
Atalanta skurjaw il-gowl tar-rebħa fit-86 minuta, Rasmus Hojlund kien l-awtur tal-gowl b’konklużjoni preċiża minn pass ta’ Pasalic.