Futbol Sport

Serie A: Rebħiet għal Sassuolo u Atalanta

(Ritratt: EPA)

Sassuolo 1-0 Spezia

Fil-MAPEI Stadium, Sassuolo għelbu lil Spezia bl-unika gowl jasal fil-71 mill-attakkant Domenico Berardi.

Il-gowl wasal permezz ta’ penalty minn handsball kommess minn Amain. Domenico Berardi kien inkarigat mill-penalty u sab ix-xibka bil-konklużjoni tiegħu tmur taħt Consigli.

Atalanta 2-1 Empoli

Atalanta dawwru telfa f’rebħa b’żewġ gowls fit-tieni taqsima.

Empoli ħasdu lill-avversarju tagħhom b’gowl ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Tyronee Ebuehi li għeleb lil Musso b’konklużjoni fil-baxx minn kross ta’ Ruggieri.

Atalanta kisbu d-draw fit-58 minuta b’gowl minn Marten De Roon li wasal minn pass ta’ Ruggieri.

Atalanta skurjaw il-gowl tar-rebħa fit-86 minuta, Rasmus Hojlund kien  l-awtur tal-gowl b’konklużjoni preċiża minn pass ta’ Pasalic.