Futbol Sport

UEFA Champions League: Jittellgħu il-poloz tal-Kwarti tal-Finali

F’ Nyon, l-Iżvizzera, il-Ġimgħa f’nofsinhar ittellgħu il-poloz tal-Kwarti tal-Finali tal-UEFA Champions League fejn jispikka l-konfront kollu Taljan bejn Milan u Napoli. Barra minn hekk minn jirbaħ minn dawn it-Tnejn fis-Semi Finali se jkollu l-possibiltà li jiltaqa’ ma’ Taljan ieħor f’każ li Inter jeliminaw lil Benfica.

Il-poloz huma dawn:

Real Madrid vs Chelsea

Inter vs Benfica

Man. City vs Bayern Munich

Milan vs Napoli

Semi Finali:

Milan jew Napoli / Inter jew Benfica

Real Madrid jew Chelsea / Man. City jew Bayern Munich

Il-logħbiet tal-Kwarti tal-Finali jintlagħabu fit-13 u l-20 ta’ April filwaqt li s-Semi Finali jintalagħbu fil-11 u t-18 ta’ Mejju.

Is-Semi-Finali jintlagħabu fid-9 u l-10 ta’ April u fis-16 u s-17 ta’ Mejju.

Il-Finali tintlagħab fl-10 ta’ Ġunju li ġej fl-Atatürk Olympic Stadium f’Istanbul, it-Turkija