Futbol Sport

UEFA Europa League: Union Saint-Gilloise ta’ Teddy Teuma kontra Bayern Leverkusen fil-Kwarti tal-Finali

(Ritratt: EPA)

Telgħu ukoll il-poloz tal-EUROPA Conference League

Wara s-suċċess tagħhom fil-fażi tal-aħħar sittax, fejn il-Ħamis eliminaw lil Union Berlin b’wieħed mill-gowls jasal mill-plejer Internazzjonali Malti Teddy Teuma, Union Saint-Gilloise fil-Kwarti tal-Finali se jkunu qed jaffaċċjaw tim Ġermaniż ieħor hekk kif ġew ma’ Bayern Leverkusen li jinsabu iżjed l-isfel fil-Bundesliga hekk kif qegħdin fid-disa’ post b’34 punt.

Polza diffiċli wkoll għal Manchester United u Juventus hekk kif huma telgħu kontra Seville u Sporting CP rispettivament, bir-rebbieħa ta’ dawn il-konfronti jilagħbu kontra xulxin.

Il-poloz kollha huma dawn:

UEFA Europa League:

Man. United vs Seville / Juventus vs Sporting CP

B. Leverkusen vs Union Saint-Gilloise / Feyernoord vs Roma

Il-logħbiet tal-ewwel leg tal-Kwarti tal-Finali jintlagħabu fit-13 u l-20 ta’ April filwaqt li s-Semi Finali jintalagħbu fil-11 u t-18 ta’ Mejju.

Il-Finali tintlagħab f’Budapest fil-31 ta’ Mejju.

EUROPA Conference League:

Lech vs Fiorentina / Gent vs West Ham

AZ Alkmaar vs RSC Anderlecht / Basel vs Nice

Il-logħbiet tal-ewwel leg tal-Kwarti tal-Finali jintlagħabu fit-13 u l-20 ta’ April filwaqt li s-Semi Finali jintalagħbu fil-11 u t-18 ta’ Mejju.

Il-Finali tintlagħab f’Budapest fis-7 ta’ Ġunju, fi Praga.