Wara li vvota għal aktar minn darba biex ta’ Steward jingħataw il-miljuni minn bwiet il-poplu billi kien jivvota favur il-Budget u wara li hu stess, bħala l-persuna li jmexxi l-Gvern, ta aktar miljuni lil ta’ Steward, issa Robert Abela jrid jara għaliex ta’ Steward ingħataw il-miljuni.
L-Awditur Ġenerali diġà ħareġ żewġ rapporti dwar dan u sab nuqqasijiet kbar. Għalhekk Robert Abela għandu jassigura li jieħu l-passi kollha, inkluż dawk legali, biex iġib il-flus kollha li ta lil ta’ Vitals u ta’ Steward mingħajr ma jitlef aktar żmien.
It-talba ta’ Robert Abela li l-Awditur Ġenerali jinvestiga l-miljuni li ngħataw ta’ Steward turi kemm Robert Abela ma jafx x’qed jagħmel. Turi li pajjiżna jixraqlu aħjar. Turi li int jixraqlek aħjar.
//= $special ?>