Lokali

Żieda drastika fl-għoli tal-ħajja minn Jannar għal Frar

Ċifri li nġabru mill-NSO juru kif l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna qed tkompli tiżdied b’rata mgħaġġla tant li fi żmien xahar biss ġiet innotata żieda ta’ 0.2%. Fil-fatt, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni f’Jannar kienet dik ta’ 6.8% filwaqt li daqs xahar wara, din żdiedet għal 7%.

L-ikbar żieda bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena dehret l-iktar fi prodotti tal-ikel u ta’ xorb li mhux alkoħol, b’żieda ta’ 13.2%. Warajhom fil-lista hemm spejjeż relatati mad-djar, il-prezz tal-gass u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fuq quddiem nett ma’ dawn, wieħed isib ukoll il-prezzijiet tar-ristoranti u l-lukandi li esperjenzaw żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti u servizzi tagħhom.