Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fix-Xewkija

Sewwieq ta’ mutur qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn karozza fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex għall-ħabta tas-2:30pm.

Fil-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku fejn wara li taw l-ewwel għajnuna, is-sewwieq tal-mutur, Taljan ta’ 57 sena u l-passiġġiera, Taljana ta’ 57 sena, it-tnejn residenti r-Rabat, Għawdex, ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal iktar kura.

Hemmhekk, is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li t-Taljana qed issofri minn ġrieħi ħfief.

Is-sewwieq tal-karozza, raġel ta’ 46 sena mill-Kerċem, Għawdex ma sofra l-ebda ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.