Internazzjonali

FL-AWSTRALJA: Is-sħana tremenda toqtol miljuni ta’ ħut

Sitwazzjoni tal-biżgħa, b’irwejjaħ kbar. Xmara miksija b’ħut mejjet, b’numru ta’ residenti Awstraljani sebħu b’miljuni ta’ ħut mejjet fix-xmara Darling Baaka qrib il-belt ta’ Menindee.

Xjentisti qed jgħidu li dan il-fenomenu ġara b’effett minn sħana kbira li laqtet lir-reġjun fl-aħħar jiem, bl-ilma fix-xmara jonqos u jinżel taħt livelli straordinarji.

Episodju simili kien seħħ tliet snin ilu qrib l-istess belt.

Din id-darba l-impatt qed ikun meqjus akbar hekk kif hemm medda ta’ 30km miksi b’ħut mejjet.