Lokali

Il-Prim Ministru kiteb ittra lill-Awditur Ġenerali minflok ma qara dak li qallu tliet snin ilu dwar il-Vitals

Fi stqarrija maħruġa miċ-Chairperson tal-PAC Darren Carabott u mill-Membri f’isem il-Partit Nazzjonalista Graham Bencini u David Agius, il-Partit Nazzjonalista qal li mill-aħbar li l-Prim Ministru kiteb lill-Awditur Ġenerali joħorġu żewġ punti:

1. Il-Prim Ministru qed jagħmel minn kollox biex itawwal iż-żmien minflok ma jieħu deċiżjoni biex imexxi legalment u jirkupra l-fondi li serqu mill-fondi pubbliċi għax m’aċċettax l-eżitu tal-kawża; u

2. Jidher li l-Prim Ministru naqas milli jaqra, jew ma jridx jaċċetta, l-konklużjonijiet taż-żewġ rapporti voluminużi li ħareġ l-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali fl-2020 u fl-2021 dwar it-tenders u l-kuntratti mogħtija mill-Gvern lil Vitals.

Għalhekk, filwaqt li jagħmel referenza għall-kontenut kollu tar-rapporti tal-Awditur Ġenerali, il-Partit Nazzjonalista jikkwota b’mod partikolari dawn iż-żewġ paragrafi, fejn Robert Abela għandu r-risposta li qed ifittex:
Lulju 2020: An audit of matters relating to the concession awarded to Vitals Global Healthcare by Government Part 1 |

A review of the tender process:“The evidence indicating collusive action between the parties acting on behalf of Government with the VGH renders the entire process dubious, irrespective of whether the process was in adherence with procedural and regulatory requirements.”

Diċembru 2021: An audit of matters relating to the concession awarded to Vitals Global Healthcare by Government Part 2 | A review of the contractual framework:“This dichotomy allowed for the concession to remain an unimplementable project, an insurmountable challenge and irreparable situation for the Government to manage, whose administrative and political weaknesses were all too readily exploited by the VGH.”

Ma’ dawn iż-żewġ paragrafi, flimkien mal-konklużjonijiet kollha, il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jpoġġi fuq platt lil Robert Abela r-risposta li qed ifittex u li kienet fil-mozzjoni tal-Partit Nazzjonalista, li tal-Labour biddlu deliberatament is-sustanza tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni lil Robert Abela: ħu deċiżjoni u kkundanna l-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-Vitals u ħu l-passi kollha legali biex niġbru lura l-flus li l-poplu Malti ġie ffrodat.