Tul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt issoktaw il-protesti f’Pariġi u fi bliet oħra hekk kif il-President Emmanuel Macron uża setgħat Kostituzzjonali speċjali biex jgħaddi abbozz ta’ liġi dwar il-pensjonijiet hekk kif l-età ta’ rtirar telgħat minn 62 għal 64.
Id-dimostranti fl-aħħar sigħat mill-ġdid ħebbew għall-pulizija u tefgħu numru ta’ nar pirotekniku fid-direzzjoni tal-awtoritajiet, bl-uffiċjali tal-ordni jwieġbu bil-gass tad-dmugħ u kif ukoll wettqu diversi arresti.
Emanuel Macron għażel li jibqa’ għaddej b’din ir-riforma akkost dawn il-protesti, u akkost ukoll il-vot ta’fiduċja li tressaq fost l-oħrajn minn Marine Le Pen fil-konfront tal-Gvern.
Id-diskussjonijiet fil-Parlament dwar din ir-riforma mistennija li jissoktaw il-ġimgħa d-dieħla bil-Gvern ta’ Macron jibqa’ jsostni li din il-liġi l-ġdida hija essenzjali għall-ekonomija tal-pajjiż.
Il-protesti ssoktaw anki tul il-jum tas-Sibt, fejn anki f’xi nħawi ħarġu fuq strike numru ta’ ħaddiema tat-trasport b’dawn l-istikes mistennija jitkomplew anki fil-jiem li ġejjin.
Fl-aħħar sigħat infatti ġie konfermat li baqgħu fis-seħħ l-ordnijiet li nagħataw li nhar it-Ħamis 23 ta’ Marzu se jkun jum ieħor ta’ dimostrazzjonijiet kontra l-Gvern, fejn se jsiru azzjonijiet industrijali varji.
//= $special ?>