Rabat Ajax 1-2 Għaxaq
Għaxaq, immexxija minn Nazzareno Zahra, ħasdu lil Rabat Ajax u għelbuhom 2-1 wara li dawwru telfa f’rebħa. Din it-telfa kienet daqqa ta’ ħarta għar-Rabtin hekk kif issa jittamaw fi draw bejn Luqa u Għargħur minħabba li jekk wieħed minnhom jirbaħ jitilfu t-tieni post.
Kienu Rabat li fetħu l-iskor fis-56 minuta permezz ta’ Maverick Cassar iżda fis-77 minuta Shamizen Buhagiar ġab id-draw għal Għaxaq.
Meta kollox kien qed jindika li ż-żewġ timijiet se jieħdu punt kull wieħed minn dan i-konfront, gowl fl-84 minuta minn Ian Calleja ta tliet punti lil Għaxaq fost id-diżappunt tal-plejers u diriġenti ta’ Rabat Ajax.

